+Artikolu 10 Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet tranżitorji
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.

Artikolu 10 Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet tranżitorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10 2.

Huwa għandu japplika mit-30 ta’ April 2016, minbarra dan li ġej:

(a) 

Fil-każ li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat wara l-proposta msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 ikun applikabbli fil-15 ta’ Ġunju 2017, il-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, rigward l-Artikoli 6a sa 6d tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-punt 7(a) sa (c) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u l-punt 8(a), (b) u (d) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw minn dik id-data.

Fil-każ li l-att leġislattiv ma jkunx applikabbli fil-15 ta’ Ġunju 2017, il-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, rigward l-Artikolu 6f tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 għandu jkompli japplika sakemm dak l-att leġislattiv isir applikabbli.

Fil-każ li dak l-att leġislattiv isir applikabbli wara l-15 ta’ Ġunju 2017, il-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, rigward l-Artikoli 6a sa 6d tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-punt 7(a) sa (c) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u l-punt 8(a), (b) u (d) tal-Artikolu 7 għandhom japplikaw wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dak l-att leġislattiv;

(b) 

l-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-punt 4(c) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, u fil-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, rigward l-Artikoli 6d u 6e(2) tar-Regolament (EU) Nru 531/2012 għandu japplika mid-29 ta’ Novembru 2015;

(c) 

l-Artikolu 5(3) għandu japplika mid-29 ta’ Novembru 2015;

(d) 

il-punt 10 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mid-29 ta’ Novembru 2015.

Artikolu 10 3.
Sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-Istati Membri jistgħu jżommu miżuri nazzjonali, inklużi skemi awtoregolatorji, li kienu fis-seħħ qabel id-29 ta’ Novembru 2015 u li ma jikkonformawx mal-Artikolu 3(2) jew (3). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri sat-30 ta’ April 2016.
Artikolu 10 4.
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1203/2012 ( 5 ) marbutin mal-modalità teknika għall-implimentazzjoni tal-aċċess għal servizzi ta’ roaming tad-data lokali fuq netwerk miżjura għandhom ikomplu japplikaw għall-finijiet tal-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut sal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-punt 4(c) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10 5.
L-Artikolu 5a għandu jiskadi fl- ►M3  30 ta’ Ġunju 2032. ◄ .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2120
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.