+Artikolu 10 Provi ta' metodi ġodda ta' tnaqqis tal-emissjonijiet
---+Artikolu 10 (a)
---+Artikolu 10 (b)
---+Artikolu 10 (c)
---+Artikolu 10 (d)
---+Artikolu 10 (e)
---+Artikolu 10 (f)
---+Artikolu 10 (g)
|
Artikolu 10 Provi ta' metodi ġodda ta' tnaqqis tal-emissjonijiet
L-Istati Membri jistgħu, b'koperazzjoni ma' Stati Membri oħra, kif ikun xieraq, japprovaw provi ta' metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet mill-vapuri, fuq vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom, jew f'żoni tal-baħar li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Matul dawk il-provi, ma għandux ikun obbligatorju l-użu ta' karburanti għal użu marittimu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 (a)
|
il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat portwali kkonċernat jiġu nnotifikati bil-miktub mill-anqas sitt xhur qabel jibdew il-provi;
|
|
Artikolu 10 (b)
|
il-permessi għall-provi ma jkunux għal iżjed minn 18-il xahar;
|
|
Artikolu 10 (c)
|
il-vapuri kollha involuti jinstallaw tagħmir li ma jistax jitbagħbas għall-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ta' gass miċ-ċumnija u jużawh matul il-perjodu kollu tal-prova;
|
|
Artikolu 10 (d)
|
il-vapuri kollha involuti jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak li kieku jintlaħaq bil-limiti fuq il-kubrit għall-karburanti speċifikati f'din id-Direttiva;
|
|
Artikolu 10 (e)
|
matul il-perjodu kollu tal-prova jkun hemm stabbiliti sistemi xierqa għall-immaniġġar tal-iskart għal kwalunkwe skart iġġenerat mill-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet;
|
|
Artikolu 10 (f)
|
matul il-perjodu kollu tal-prova ssir stima tal-impatti fuq l-ambjent tal-baħar, b'mod partikolari fuq l-ekosistemi f'portijiet u estwarji magħluqa; u
|
|
Artikolu 10 (g)
|
ir-riżultati sħaħ jiġu pprovduti lill-Kummissjoni u jsiru pubblikament disponibbli fi żmien sitt xhur minn meta jintemmu l-provi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0802
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|