+Artikolu 7 Miżuri addizzjonali
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6
|
Artikolu 7 Miżuri addizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tas-settur pubbliku jipprovdu u jaġġornaw regolarment dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà dettaljata, komprensiva u ċara dwar il-konformità tas-siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli tagħhom ma' din id-Direttiva.
Għal siti elettroniċi, id-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà għandha tingħata f'format aċċessibbli, bl-użu tad-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà mudell imsemmija fil-paragrafu 2, u għandha tiġi ppubblikata fis-sit elettroniku rilevanti.
Għal applikazzjonijiet mobbli, id-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà għandha tingħata f'format aċċessibbli, bl-użu tad-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà mudell imsemmija fil-paragrafu 2, u għandha tkun disponibbli fis-sit elettroniku tal-korp tas-settur pubbliku li żviluppa l-applikazzjoni mobbli kkonċernata, jew flimkien ma' informazzjoni oħra disponibbli waqt it-tniżżil tal-applikazzjoni.
Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
|
(a)
|
spjegazzjoni dwar dawk il-partijiet tal-kontenut li mhumiex aċċessibbli, u r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta' aċċessibbiltà u, fejn xieraq, l-alternattivi aċċessibbli previsti;
|
|
(b)
|
deskrizzjoni ta', u link għal, mekkaniżmu ta' reazzjoni li jippermetti lil kwalunkwe persuna li tinnotifika lill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat dwar kwalunkwe nuqqas tas-sit elettroniku jew l-applikazzjoni mobbli tagħha li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4 u sabiex jitolbu informazzjoni eskluża skont l-Artikoli 1(4) u 5; u
|
|
(c)
|
link għall-proċedura ta' eżekuzzjoni stabbilita fl-Artikolu 9 li wieħed jista' jirrikorri għaliha f'każ ta' rispons mhux sodisfaċenti għan-notifika jew it-talba.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tas-settur pubbliku jagħtu rispons adegwat għan-notifika jew talba f'perijodu ta' żmien raġonevoli.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dikjarazzjoni mudell dwar l-aċċessibbiltà. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2). Sat-23 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att ta' implimentazzjoni ta' dan it-tip.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4 għal tipi oħra ta' siti elettroniċi jew applikazzjonijiet mobbli minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) u, b'mod partikolari, għas-siti elettroniċi jew l-applikazzjonijiet mobbli koperti minn liġijiet nazzjonali eżistenti dwar l-aċċessibbiltà.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jiffaċilitaw programmi ta' taħriġ, relatati mal-aċċessibbiltà ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli, għall-partijiet konċernati rilevanti u l-persunal tal-korpi tas-settur pubbliku, maħsuba biex iħarrġuhom dwar kif joħolqu, jamministraw u jaġġornaw il-kontenut aċċessibbli ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli.
|
|
Artikolu 7 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex iqajmu kuxjenza dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4, tal-benefiċċji tagħhom għall-utenti u s-sidien ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli, u dwar il-possibbiltà li tingħata reazzjoni fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, kif stipulat f'dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 7 6
|
6. Għall-finijiet ta' monitoraġġ u rappurtar imsemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti, bil-ħsieb tal-iskambju tal-aħjar prattika bejniethom u rieżami tal-metodoloġija tal-monitoraġġ kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq u l-progress fl-aċċessibbiltà ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.12.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2102
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|