1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tas-settur pubbliku jipprovdu u jaġġornaw regolarment dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà dettaljata, komprensiva u ċara dwar il-konformità tas-siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli tagħhom ma' din id-Direttiva.
Għal siti elettroniċi, id-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà għandha tingħata f'format aċċessibbli, bl-użu tad-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà mudell imsemmija fil-paragrafu 2, u għandha tiġi ppubblikata fis-sit elettroniku rilevanti.
Għal applikazzjonijiet mobbli, id-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà għandha tingħata f'format aċċessibbli, bl-użu tad-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà mudell imsemmija fil-paragrafu 2, u għandha tkun disponibbli fis-sit elettroniku tal-korp tas-settur pubbliku li żviluppa l-applikazzjoni mobbli kkonċernata, jew flimkien ma' informazzjoni oħra disponibbli waqt it-tniżżil tal-applikazzjoni.
Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
|
(a)
|
spjegazzjoni dwar dawk il-partijiet tal-kontenut li mhumiex aċċessibbli, u r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta' aċċessibbiltà u, fejn xieraq, l-alternattivi aċċessibbli previsti;
|
|
(b)
|
deskrizzjoni ta', u link għal, mekkaniżmu ta' reazzjoni li jippermetti lil kwalunkwe persuna li tinnotifika lill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat dwar kwalunkwe nuqqas tas-sit elettroniku jew l-applikazzjoni mobbli tagħha li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4 u sabiex jitolbu informazzjoni eskluża skont l-Artikoli 1(4) u 5; u
|
|
(c)
|
link għall-proċedura ta' eżekuzzjoni stabbilita fl-Artikolu 9 li wieħed jista' jirrikorri għaliha f'każ ta' rispons mhux sodisfaċenti għan-notifika jew it-talba.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tas-settur pubbliku jagħtu rispons adegwat għan-notifika jew talba f'perijodu ta' żmien raġonevoli.