+Artikolu 5 Flessibbiltajiet
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.

Artikolu 5 Flessibbiltajiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, f'konformità mal-Parti 4 tal-Anness IV, inventarji nazzjonali annwali aġġustati tal-emissjonijiet għal diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, komposti organiċi volatili mhux metaniċi, ammonijaka u partiċelli fini, meta n-nuqqas ta' konformità mal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet jirriżulta mill-applikazzjoni ta' metodi ta' inventarji tal-emissjonijiet imtejba aġġornati skont l-għarfien xjentifiku.

Għall-fini tad-determinazzjoni ta' jekk il-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness IV humiex sodisfatti, l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-snin 2020 sa 2029 għandhom jiġu kkunsidrati li ġew stabbiliti fl-4 ta' Mejju 2012.

Mill-2025 il-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għall-aġġustamenti fil-każ li jkun hemm fatturi ta' emissjonijietli jkunu differenti b'mod sinifikanti minn kategoriji ta' sorsi speċifiċi meta mqabbla ma' dawk li kienu mistennija bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta' norma jew standard partikolari skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors, skont il-punti 1(d)(ii) u (iii) tal-Parti 4 tal-Anness IV:

(a) 

l-Istat Membru ikkonċernat, wara li jkun qies is-sejbiet tal-programmi nazzjonali ta' spezzjoni u infurzar li jissorveljaw l-effettività tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors, juri li l-fatturi differenti b'mod sinifikanti ma jirriżultawx mill-implimentazzjoni tagħha fil-pajjiż jew l-infurzar ta' dik il-leġislazzjoni;

(b) 

l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lill-Kummissjoni bid-differenza sinifikanti fil-fatturi ta' emissjoni li, skont l-Artikolu 11(2), għandha tinvestiga l-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri.

Artikolu 5 2.
Jekk f'sena partikolari Stat Membru, minħabba xitwa eċċezzjonalment kiesħa jew sajf eċċezzjonalment niexef, ma jkunx jista' jkun konformi mal-impenji tiegħu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, huwa jista' jikkonforma ma' dawk l-impenji billi jieħu medja tal-emissjonijiet annwali nazzjonali tiegħu għas-sena inkwistjoni u s-sena ta' qabel dik is-sena u s-sena ta' wara, sakemm din il-medja ma taqbiżx il-livell ta' emissjonijiet annwali nazzjonali determinat mill-impenn tal-Istat Membru.
Artikolu 5 3.
Jekk f'sena partikolari Stat Membru, li għalih impenn ta' tnaqqis wieħed jew aktar stabbiliti fl-Anness II huma stabbiliti f'livell aktar strett mit-tnaqqis kosteffikaċi identifikat fit-TSAP 16, ma jistax jikkonforma mal-impenn ta' tnaqqis ta' emissjonijiet rilevanti wara li jkun implimenta l-miżuri kosteffikaċi kollha, għandu jitqies li qed jikkonforma ma dak l-impenn għat-tnaqqis ta' emissjonijiet rilevanti għal massimu ta' ħames snin, sakemm għal kull waħda minn dawk is-snin jikkumpensa għal dak in--nuqqas ta' konformità permezz ta' tnaqqis ekwivalenti tal-emissjonijiet ta' inkwinantieħor imsemmi fl-Anness II.
Artikolu 5 4.

Stat Membru għandu jitqies li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 għal massimu ta' tliet snin, meta n-nuqqas ta' konformità mal-impenji tiegħu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu rilevanti jirriżulta minn interruzzjoni jew telf ta' kapaċità għal għarrieda u eċċezzjonali fis-sistema tal-provvista jew produzzjoni tal-enerġija u/jew tat-tisħin, li ma setax jiġi raġonevolment previst, u sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru ikkonċernat ikun wera li jkunu saru l-isforzi kollha raġonevoli, inkluż l-implimentazzjoni ta' miżuri u politiki ġodda, biex tiġi żgurata l-konformità, u li jkunu ser jibqgħu jsiru biex il-perijodu ta' nuqqas ta' konformità jinżamm qasir kemm jista' jkun; u

(b) 

l-Istat Membru ikkonċernat ikun wera li l-implimentazzjoni ta' miżuri u politiki addizzjonali ma' dawk imsemmija fil-punt (a) twassal għal spejjeż sproporzjonati, li jqiegħdu sostanzjalment f'periklu s-sigurtà tal-enerġija nazzjonali, jew joħolqu riskju sostanzjali ta' faqar enerġetiku għal parti sinifikanti tal-popolazzjoni.

Artikolu 5 5.
L-Istati Membri li biħsiebhom japplikaw il-paragrafu 1, 2, 3 jew 4 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan sal-15 ta' Frar tas-sena ta' rappurtar konċernata. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-inkwinanti u l-oqsma kkonċernati u, fejn disponibbli, il-kobor tal-impatti fuq l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet.
Artikolu 5 6.
Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha teżamina u tevalwa jekk l-użu ta' kwalunkwe flessibbiltà għal sena partikolari jissodisfax il-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-Parti 4 tal-Anness IV, jew fil-paragrafi 2, 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu, fejn applikabbli.

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-użu ta' flessibbiltà mogħtija ma jkunx f'konformità mal-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-Parti 4 tal-Anness IV, jew fil-paragrafi 2, 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tadotta deċiżjoni fi żmien disa' xhur mid-data tal-wasla tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 8(4), li tinforma lill-Istat Membru kkonċernat li l-użu ta' dik il-flessibbiltà ma jistax jiġi aċċettat u tiddikjara r-raġunijiet għal dak ir-rifjut. Fejn il-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni fi żmien disa' xhur mid-data tal-wasla tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 8(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-użu ta' dik il-flessibbiltà bħala valida u aċċettata għal dik is-sena.

Artikolu 5 7.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-użu tal-flessibbiltajiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17.
Artikolu 5 8.
Il-Kummissjoni, meta teżerċita s-setgħat tagħha skont il-paragrafi 6 u 7, għandha tqis id-dokumenti ta' gwida rilevanti żviluppati skont il-Konvenzjoni LRTAP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2284
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.