|
+Artikolu 5 4. |
Artikolu 5 4.Stat Membru għandu jitqies li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 għal massimu ta' tliet snin, meta n-nuqqas ta' konformità mal-impenji tiegħu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu rilevanti jirriżulta minn interruzzjoni jew telf ta' kapaċità għal għarrieda u eċċezzjonali fis-sistema tal-provvista jew produzzjoni tal-enerġija u/jew tat-tisħin, li ma setax jiġi raġonevolment previst, u sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru ikkonċernat ikun wera li jkunu saru l-isforzi kollha raġonevoli, inkluż l-implimentazzjoni ta' miżuri u politiki ġodda, biex tiġi żgurata l-konformità, u li jkunu ser jibqgħu jsiru biex il-perijodu ta' nuqqas ta' konformità jinżamm qasir kemm jista' jkun; u
(b)
l-Istat Membru ikkonċernat ikun wera li l-implimentazzjoni ta' miżuri u politiki addizzjonali ma' dawk imsemmija fil-punt (a) twassal għal spejjeż sproporzjonati, li jqiegħdu sostanzjalment f'periklu s-sigurtà tal-enerġija nazzjonali, jew joħolqu riskju sostanzjali ta' faqar enerġetiku għal parti sinifikanti tal-popolazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|