|
+Artikolu 7 Appoġġ finanzjarju |
Artikolu 7 Appoġġ finanzjarjuArtikolu 7 Appoġġ finanzjarju Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiffaċilita l-aċċess għal fondi eżistenti tal-Unjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw dawk il-fondi, sabiex tappoġġa l-miżuri li għandhom jittieħdu bil-ħsieb li jkun hemm konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva. Dawk il-fondi tal-Unjoni jinkludu l-finanzjament disponibbli attwali u futur skont, fost oħrajn:
(a)
il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni;
(b)
il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, inkluż il-finanzjament rilevanti fil-qafas tal-politika agrikola komuni;
(c)
strumenti għall-finanzjament ta' azzjoni għall-ambjent u l-klima bħall-programm LIFE. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li jinħoloq punt ta' kuntatt waħdieni, fejn kwalunkwe parti interessata tkun tista' tivverifika faċilment id-disponibbiltà ta' fondi tal-Unjoni, u l-proċeduri ta' aċċess relatati, għal proġetti li jindirizzaw tħassib dwar it-tniġġis tal-arja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|