+ANNESS II

ANNESS II




ANNESS II

Kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta' eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament

1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw dawn il-kriterji li ġejjin meta jivvalutaw jekk skopertura msemmija fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(a) 

Sabiex jiġi vvalutat jekk in-natura speċifika tal-iskopertura, il-korp reġjonali jew ċentrali jew ir-relazzjoni bejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-korp reġjonali jew ċentrali jeliminawx jew inaqqsux ir-riskju tal-iskopertura, kif ipprovdut fl-Artikolu 400(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw jekk:

(i) 

hemmx ostakoli prattiċi jew legali materjali kurrenti jew antiċipati li jistgħu jtellfu l-ħlas lura fil-ħin tal-iskopertura mill-kontroparti lill-istituzzjoni ta' kreditu, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni ta' rkupru jew riżoluzzjoni meta r-restrizzjonijiet msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE huma meħtieġa li jiġu implimentati;

(ii) 

l-iskoperturi proposti huma f'konformità man-negozju ordinarju tal-istituzzjoni tal-kreditu u l-mudell tan-negozju tagħha jew iġġustifikata bl-istruttura tal-finanzjament tan-netwerk;

(iii) 

il-proċess li permezz tiegħu tittieħed deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' skopertura lill-korp ċentrali, u l-proċess ta' monitoraġġ u reviżjoni applikabbli għal dan l-iskoperturi, fil-livell individwali u kkonsolidat, meta jkun rilevanti, huwa simili għal dawk li huma applikati għal self lil terzi;

(iv) 

il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju, is-sistema IT u r-rapportar intern tal-istituzzjoni ta' kreditu jippermettulha tivverifika b'mod kostanti u tiżgura li l-iskoperturi wesgħin lill-korp reġjonali jew ċentrali tagħha huma kompatibbli mal-istrateġija tar-riskju tagħha.

(b) 

Sabiex jiġi vvalutat jekk kwalunkwe riskju ta' konċentrazzjoni li fadal jistax jiġi indirizzat b'mezzi oħrajn daqshekk ieħor effettivi bħall-arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi provduti fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif previst fl-Artikolu 400(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iqisu jekk:

(i) 

l-istituzzjoni ta' kreditu għandhiex proċessi, proċeduri u kontrolli robusti biex jiġi żgurat li l-użu tal-eżenzjoni ma jirriżultax f'riskju ta' konċentrazzjoni li huwa barra l-istrateġija tar-riskju tagħha;

(ii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu ikkunsidratx formalment il-konċentrazzjoni tar-riskju li jrriżulta mill-iskoperturi lill-korp reġjonali jew ċentrali tagħha bħala parti mill-qafas ta' valutazzjoni tar-riskju inġenerali tagħha;

(iii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu għandhiex qafas ta' kontroll tar-riskju li jimmoniterja b'mod adegwat l-iskoperturi proposti;

(iv) 

ir-riskju ta' konċentrazzjoni li jinqala' kienx jew huwiex se jkun identifikat b'mod ċar fil-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern (ICAAP) ta' insitutzzjoni ta' kreditu u huwiex se jkun ġestit attivament. L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għal-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni humiex se jiġu vvalutati fil-proċess ta' reviżjoni u ta' evalwazzjoni superviżorju.

2. Barra mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iqisu, sabiex jiġi vvalutat jekk il-korp reġjonali jew ċentrali li miegħu hija assoċjata l-istituzzjoni ta' kreditu f'netwerk responsabbli għal operazzjonijiet tal-ikklerjar ta' kontanti, kif previst fl-Artikolu 400(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk il-liġijiet susidjarji jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-korp reġjonali jew ċentrali espliċitament fihomx dawn ir-responsabbiltajiet, inklużi, imma mhux limitati għal dawn li ġejjin:

(a) 

finanzjament tas-suq għan-netwerk sħiħ;

(b) 

ikklerjar ta' likwidità ġewwa n-netwerk, fl-ambitu tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

tiġi pprovduta likwidità lill-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati;

(d) 

assorbiment ta' likwidità eċċessiva ta' istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati.

3. Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 u 2 humiex sodisfatti, il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jitlob lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja:

(a) 

Ittra ffirmata mir-rappreżentant legali, b'approvazzjoni mill-korp tal-ġestjoni, fejn jingħad li l-istituzzjoni ta' kreditu tikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 400(2)(d) u l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex tingħata eżenzjoni.

(b) 

Parir legali, maħruġ jew minn terza persuna indipendenti esterna jew minn dipartiment legali intern, u approvat mill-korp ta' ġestjoni, fejn jintwera li ma hemmx ostakoli li jistgħu jtellfu l-ħlas lura fil-ħin tal-iskoperturi minn korp reġjonali jew ċentrali lill-istituzzjoni ta' kreditu li jirriżulta jew mill-applikazzjoni ta' regolamenti, inklużi regolamenti fiskali, jew ftehim vinkolanti.

(c) 

Stqarrija ffirmata mir-rappreżentant legali u approvata mill-korp ta' ġestjoni li:

(i) 

ma hemmx impedimenti prattiċi għall-ħlas lura tal-iskoperturi fil-ħin minn korp reġjonali jew ċentrali lill-istituzzjoni ta' kreditu;

(ii) 

l-iskoperturi tal-korp reġjonali jew ċentrali huma ġġustifikati mill-istruttura ta' finanzjament tan-netwerk;

(iii) 

il-proċess li permezz tiegħu tittieħed deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' skopertura lill-korp reġjonali jew ċentrali, u l-proċess ta' monitoraġġ u reviżjoni applikabbli għal dawn l-iskoperturi, fil-livell ta' entità legali u fil-livelli kkonsolidat, huma simili għal dawk li huma applikati għal self lil terzi;

(iv) 

riskju ta' konċentrazzjoni ġej mill-iskoperturi lil korp reġjonali jew ċentrali ġie kkunsidrat bħala parti mill-qafas ta' valutazzjoni tar-riskju globali ta' istituzzjoni ta' kreditu.

(d) 

Dokumentazzjoni ffirmata mir-rappreżentant legali u approvata mill-korp tal-ġestjoni li tiċċertifika li l-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju, il-proċeduri tal-kalkolu u l-kontroll tal-istituzzjoni ta' kreditu huma l-istess bħal tal-korp reġjonali jew ċentrali u li l-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju, is-sistema tal-IT u r-rapportar intern jippermettu lill-korp ta' ġestjoni biex jiġu mmonitorjati kontinwament il-livell tal-iskopertura kbira u l-kompatibbiltà tagħha mal-istrateġija tar-riskju tal-istituzzjoni tal-kreditu fil-livell ta' entità legali u fil-livell konsolidat, meta jkun rilevanti, u mal-prinċipji ta' ġestjoni tal-likwidità internasoda ġewwa n-netwerk.

(e) 

Dokumentazzjoni li turi li l-ICAAP tidentifika b'mod ċar ir-riskju ta' konċentrazzjoni ġej minn skoperturi kbar lill-korp reġjonali jew ċentrali u li dan huwa ġestit attivament.

(f) 

Dokumentazzjoni li turi li l-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni hija konsistenti mal-pjan ta' rkupru tan-netwerk.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.08.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0445
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.