+Artikolu 7 Żgurar tal-kwalità
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5

Artikolu 7 Żgurar tal-kwalità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data pprovduta f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, japplikaw il-kriterji standard tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 7 2

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni (Eurostat), mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe bidla metodoloġika jew bidla oħra li jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq l-istatistika tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn xahar wara li tokkorri dik il-bidla.

Artikolu 7 3

3.   Kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) rapport standard tal-kwalità dwar id-data f’konformità mal-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ambitu u l-ġbir tad-data, il-kriterji tal-kalkolu, il-metodoloġija u s-sorsi tad-data użati, u kwalunkwe bidla fihom.

Artikolu 7 4

4.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data pprovduta, u għandha tuża dik il-valutazzjoni u analiżi tar-rapporti dwar il-kwalità msemmijin fil-paragrafu 3 sabiex tħejji u tippubblika rapport dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea koperta b’dan ir-Regolament.

Artikolu 7 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi għall-iżgurar tal-kwalità fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti tal-kwalità imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.11.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1952
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.