+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
|
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
Kamp ta' applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Il-miżuri ta' koordinazzjoni preskritti minn din it-Taqsima japplikaw għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, mir-regolamenti jew minn azzjonijiet amministrattivi fi Stati Membri dwar it-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I. L-isem ta' kwalunkwe kumpanija tat-tipi elenkati fl-Anness I għandu jinkludi jew ikollu miegħu deskrizzjoni li hija distinta mid-deskrizzjoni meħtieġa għal tipi oħra ta' kumpaniji.
|
|
Artikolu 2 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din it-Taqsima fir-rigward ta' kumpaniji ta' investiment b'kapital varjabbli u ta' koperattivi inkorporati bħala wieħed mit-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I. Safejn il-liġijiet tal-Istati Membri jagħmlu użu minn din l-għażla, huma għandhom jeħtieġu li dawk il-kumpaniji jinkludu l-kliem “kumpanija ta' investiment b'kapital varjabbli” jew “koperattiva” fid-dokumenti kollha indikati fl-Artikolu 26. It-terminu “kumpanija ta' investiment b'kapital varjabbli”, fis-sens ta' din id-Direttiva, ifisser biss dawk il-kumpaniji:
—
li l-iskop esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'diversi stocks u ishma, artijiet jew assi oħra bil-għan ewlieni li jifirxu r-riskji tal-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tat-tmexxija tal-tagħhom,
—
li joffru l-ishma tagħhom stess lill-pubbliku għal sottoskrizzjoni, u
—
li l-istatuti tagħhom jiddisponu li, fil-limiti ta' kapital minimu u massimu, huma jistgħu f'kull żmien joħorġu, jifdu jew jerġgħu jbiegħu l-ishma tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|