+Section 1 Incorporation of the public liability company
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni
---+Artikolu 4 Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew dokumenti separati
---+Artikolu 5 Awtorizzazzjoni għall-bidu tan-negozju
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 6 Kumpaniji b'iktar minn membru wieħed
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.

Section 1 Incorporation of the public liability company

Section 1 Incorporation of the public liability company

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 3 Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni

Artikolu 3

Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni

L-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni ta' tip ta' kumpanija għandhom għallinqas dejjem jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

it-tip u l-isem tal-kumpanija;

(b) 

l-għanijiet tal-kumpanija;

(c) 

fejn il-kumpanija ma jkollhiex kapital awtorizzat, l-ammont tal-kapital sottoskritt;

(d) 

fejn il-kumpanija jkollha kapital awtorizzat, l-ammont tiegħu kif ukoll l-ammont tal-kapital sottoskritt fiż-żmien li l-kumpanija tkun ġiet inkorporata jew tkun ġiet awtorizzata biex tibda n-negozju, u fiż-żmien ta' kull tibdil fil-kapital awtorizzat, mingħajr ħsara għalArtikolu 14(e);

(e) 

safejn ma jkunux legalment stabbiliti, r-regoli li jirregolaw l-għadd ta' membri tal-korpi responsabbli biex jirrappreżentaw il-kumpanija fir-rigward ta' terzi, amministrazzjoni, ġestjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpanija u l-għoti ta' setgħat fost dawk il-korpi, u l-proċedura għall-ħatra tagħhom;

(f) 

it-tul ta' żmien tal-kumpanija, ħlief meta ma jkunx definit.

Artikolu 4 Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew dokumenti separati

Artikolu 4

Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew dokumenti separati

L-informazzjoni li ġejja għandha tidher għallinqas fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew f'dokument separat ippubblikat skont il-proċedura stabbilita fil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16:

(a) 

l-uffiċċju reġistrat;

(b) 

il-valur nominali tal-ishma sottoskritti u, għallinqas darba fis-sena, l-għadd tagħhom;

(c) 

in-numru ta' ishma sottoskritti mingħajr dikjarazzjoni tal-valur nominali, meta dawk l-ishma jistgħu jinħarġu skont il-liġi nazzjonali;

(d) 

il-kondizzjonijiet speċjali, jekk ikun hemm, li jillimitaw it-trasferiment ta' ishma;

(e) 

meta jkun hemm diversi klassijiet ta' ishma, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) fir-rigward ta' kull klassi u d-drittijiet assoċjati mal-ishma ta' kull klassi;

(f) 

informazzjoni dwar jekk l-ishma humiex rreġistrati jew f'isem id-detentur, meta l-liġi nazzjonali tiddisponi għaż-żewġ tipi, u kull dispożizzjoni li tirreferi għall-konverżjoni ta' dawk l-ishma sakemm il-proċedura ma tkunx stabbilita bil-liġi;

(g) 

l-ammont tal-kapital sottoskritt imħallas fiż-żmien li l-kumpanija tkun ġiet inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju;

(h) 

il-valur nominali tal-ishma jew, meta ma hemmx valur nominali, in-numru ta' ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni oħra għajr fi flus kontanti, flimkien max-xorta ta' konsiderazzjoni u l-isem tal-persuna li tagħti l-konsiderazzjoni;

(i) 

l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew kumpaniji jew ditti li ffirmaw jew li ġew iffirmati f'isimhom l-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni, jew fejn il-kumpanija ma kinitx iffurmata fl-istess żmien, l-abbozzi ta' dawk id-dokumenti;

(j) 

l-ammont totali, jew għallinqas stima, tal-ispejjeż kollha li għandhom jitħallsu mill-kumpanija jew li jkunu għall-karigu tagħha minħabba l-formazzjoni tagħha u, meta xieraq, qabel il-kumpanija tkun ġiet awtorizzata biex tibda n-negozju;

(k) 

kull vantaġġ speċjali mogħti, fiż-żmien li l-kumpanija tkun qed tiġi ffurmata jew sa meta hija tirċievi awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, lil kull min ħa parti fil-formazzjoni tal-kumpanija jew fi transazzjonijet li jwasslu għall-għoti ta' dik l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 5 Awtorizzazzjoni għall-bidu tan-negozju

Awtorizzazzjoni għall-bidu tan-negozju

Artikolu 6 Kumpaniji b'iktar minn membru wieħed

Kumpaniji b'iktar minn membru wieħed

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.