|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din it-Taqsima fir-rigward ta' kumpaniji ta' investiment b'kapital varjabbli u ta' koperattivi inkorporati bħala wieħed mit-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I. Safejn il-liġijiet tal-Istati Membri jagħmlu użu minn din l-għażla, huma għandhom jeħtieġu li dawk il-kumpaniji jinkludu l-kliem “kumpanija ta' investiment b'kapital varjabbli” jew “koperattiva” fid-dokumenti kollha indikati fl-Artikolu 26. It-terminu “kumpanija ta' investiment b'kapital varjabbli”, fis-sens ta' din id-Direttiva, ifisser biss dawk il-kumpaniji:
—
li l-iskop esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'diversi stocks u ishma, artijiet jew assi oħra bil-għan ewlieni li jifirxu r-riskji tal-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tat-tmexxija tal-tagħhom,
—
li joffru l-ishma tagħhom stess lill-pubbliku għal sottoskrizzjoni, u
—
li l-istatuti tagħhom jiddisponu li, fil-limiti ta' kapital minimu u massimu, huma jistgħu f'kull żmien joħorġu, jifdu jew jerġgħu jbiegħu l-ishma tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|