|
+Artikolu 4 Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew dokumenti separati |
Artikolu 4 Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew dokumenti separatiArtikolu 4 Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew dokumenti separati L-informazzjoni li ġejja għandha tidher għallinqas fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew f'dokument separat ippubblikat skont il-proċedura stabbilita fil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16:
(a)
l-uffiċċju reġistrat;
(b)
il-valur nominali tal-ishma sottoskritti u, għallinqas darba fis-sena, l-għadd tagħhom;
(c)
in-numru ta' ishma sottoskritti mingħajr dikjarazzjoni tal-valur nominali, meta dawk l-ishma jistgħu jinħarġu skont il-liġi nazzjonali;
(d)
il-kondizzjonijiet speċjali, jekk ikun hemm, li jillimitaw it-trasferiment ta' ishma;
(e)
meta jkun hemm diversi klassijiet ta' ishma, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) fir-rigward ta' kull klassi u d-drittijiet assoċjati mal-ishma ta' kull klassi;
(f)
informazzjoni dwar jekk l-ishma humiex rreġistrati jew f'isem id-detentur, meta l-liġi nazzjonali tiddisponi għaż-żewġ tipi, u kull dispożizzjoni li tirreferi għall-konverżjoni ta' dawk l-ishma sakemm il-proċedura ma tkunx stabbilita bil-liġi;
(g)
l-ammont tal-kapital sottoskritt imħallas fiż-żmien li l-kumpanija tkun ġiet inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju;
(h)
il-valur nominali tal-ishma jew, meta ma hemmx valur nominali, in-numru ta' ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni oħra għajr fi flus kontanti, flimkien max-xorta ta' konsiderazzjoni u l-isem tal-persuna li tagħti l-konsiderazzjoni;
(i)
l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew kumpaniji jew ditti li ffirmaw jew li ġew iffirmati f'isimhom l-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni, jew fejn il-kumpanija ma kinitx iffurmata fl-istess żmien, l-abbozzi ta' dawk id-dokumenti;
(j)
l-ammont totali, jew għallinqas stima, tal-ispejjeż kollha li għandhom jitħallsu mill-kumpanija jew li jkunu għall-karigu tagħha minħabba l-formazzjoni tagħha u, meta xieraq, qabel il-kumpanija tkun ġiet awtorizzata biex tibda n-negozju;
(k)
kull vantaġġ speċjali mogħti, fiż-żmien li l-kumpanija tkun qed tiġi ffurmata jew sa meta hija tirċievi awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, lil kull min ħa parti fil-formazzjoni tal-kumpanija jew fi transazzjonijet li jwasslu għall-għoti ta' dik l-awtorizzazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|