|
+Artikolu 11 Kundizzjonijiet għan-nullità ta' kumpanija |
Artikolu 11 Kundizzjonijiet għan-nullità ta' kumpanijaArtikolu 11 Kundizzjonijiet għan-nullità ta' kumpanija Il-liġijiet tal-Istati Membri ma jistgħux jipprovdu għan-nullità ta' kumpaniji ħlief skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
in-nullità għandha tiġi ordnata b'deċiżjoni tal-qorti tal-ġustizzja;
(b)
in-nullità tista' tiġi ordnata biss fuq il-bażi li:
(i)
l-ebda dokument kostituzzjonali ma ġie esegwit jew li r-regoli ta' kontroll preventiv jew il-formalitajiet legali rikjesti ma ġewx imħarsa;
(ii)
l-għanijiet tal-kumpanija mhumiex skont il-liġi jew huma kontra l-ordni pubbliku;
(iii)
id-dokument ta' kostituzzjoni jew l-istatuti ma jiddikjarawx l-isem tal-kumpanija, l-ammont tas-sottoskrizzjonijet individwali ta' kapital, l-ammont totali tal-kapital sottoskritt jew l-għanijiet tal-kumpanija;
(iv)
hemm nuqqas ta' konformita' mad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-ammont minimu ta' kapital li għandu jitħallas;
(v)
is-soċji fundaturi kollha saru legalment inkapaċi;
(vi)
kontra l-liġi nazzjonali li tirregola l-kumpanija, l-għadd ta' soċji fundaturi huwa inqas minn tnejn. Barra mir-raġunijiet ta' nullità msemmijin fl-ewwel paragrafu, kumpanija ma għandhiex tkun suġġetta għal xi kawża ta' nuqqas ta' eżistenza, nullità assoluta, nullità relattiva jew dikjarazzjoni ta' nullità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|