|
+Artikolu 13f Rekwiżiti ta’ informazzjoni |
Artikolu 13f Rekwiżiti ta’ informazzjoniArtikolu 13f Rekwiżiti ta’ informazzjoni L-Istati Membru għandhom jiżguraw li informazzjoni konċiża u faċli biex tintuża, ipprovduta mingħajr ħlas u mill-inqas f'lingwa mifhuma b'mod wiesa’ mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera, tkun disponibbli fil-portals jew websites tar-reġistrazzjoni aċċessibbli permezz tal-Gateway Diġitali Unika, biex tassisti fil-formazzjoni tal-kumpaniji u r-reġistrazzjoni tal-fergħat. L-informazzjoni għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:
(a)
ir-regoli dwar il-formazzjoni tal-kumpaniji, inklużi l-proċeduri online msemmija fl-Artikoli 13g u 13j, u r-rekwiżiti relatati mal-użu ta’ mudelli u ma’ kwalunkwe dokument ieħor tal-formazzjoni, l-identifikazzjoni tal-persuni, l-użu tal-lingwi u t-tariffi applikabbli;
(b)
ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-fergħat, inklużi l-proċeduri online msemmija fl-Artikoli 28a u 28b, u r-rekwiżiti relatati mad-dokumenti tar-reġistrazzjoni, l-identifikazzjoni tal-persuni u l-użu tal-lingwi;
(c)
ħarsa ġenerali tar-regoli applikabbli dwar kif wieħed isir membru tal-korp amministrattiv, tal-korp maniġerjali jew tal-korp superviżorju ta’ kumpanija, fosthom tar-regoli dwar l-iskwalifika ta’ diretturi u dwar l-awtoritajiet jew korpi responsabbli għaż-żamma tal-informazzjoni dwar diretturi skwalifikati;
(d)
ħarsa ġenerali tas-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-korp amministrattiv, il-korp maniġerjali u l-korp superviżorju ta’ kumpanija, inkluża l-awtorità li tirrappreżenta kumpanija f’negozjati ma’ partijiet terzi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|