+Artikolu 13i Diretturi skwalifikati
---+Artikolu 13i 1.
---+Artikolu 13i 2.
---+Artikolu 13i 3.
---+Artikolu 13i 4.
---+Artikolu 13i 5.
---+Artikolu 13i 6.
---+Artikolu 13i 7.
|
Artikolu 13i Diretturi skwalifikati
Diretturi skwalifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13i 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom regoli dwar l-iskwalifika tad-diretturi. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu li jipprovdu għall-possibbiltà li titqies kwalunkwe skwalifika fis-seħħ, jew informazzjoni rilevanti għal skwalifika fi Stat Membru ieħor. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, diretturi għandha tal-anqas tinkludi l-persuni msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 14(d).
|
|
Artikolu 13i 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-persuni li japplikaw biex isiru diretturi jiddikjaraw jekk ikunux konxji minn xi ċirkostanzi li jistgħu jwasslu għal skwalifika fl-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw il-ħatra ta’ persuna bħala direttur ta’ kumpanija fejn din il-persuna hija attwalment skwalifikata milli taġixxi bħala direttur fi Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 13i 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu kapaċi jwieġbu talba mingħand Stat Membru ieħor għal informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi skont il-liġi tal-Istat Membru li jwieġeb għat-talba.
|
|
Artikolu 13i 4.
|
Sabiex iwieġbu talba msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom tal-anqas jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex jiżguraw li jkunu kapaċi jipprovdu mingħajr dewmien l-informazzjoni dwar jekk persuna partikolari hix skwalifikata jew hix reġistrata f'xi wieħed mir-reġistri tagħhom, li jkun fih informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi, permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 22. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiskambjaw informazzjoni ulterjuri, bħal pereżempju informazzjoni dwar il-perjodu u r-raġunijiet tal-iskwalifika. Dan l-iskambju għandu jkun regolat mil-liġijiet nazzjonali.
|
|
Artikolu 13i 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi arranġamenti dettaljati u d-dettalji tekniċi tal-iskambju tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu permess tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24.
|
|
Artikolu 13i 6.
|
Il-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal istanzi fejn kumpanija tippreżenta informazzjoni dwar il-ħatra ta’ direttur ġdid fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 16.
|
|
Artikolu 13i 7.
|
Id-data personali tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tiġi proċessata f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u mal-liġi nazzjonali sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti jew il-persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jivvalutaw l-informazzjoni neċessarja relatata mal-iskwalifika tal-persuna bħala direttur, bil-għan li tiġi prevenuta mġiba frodolenti jew imġiba abbużiva oħra u tiġi żgurata li l-l-persuni kollha li jinteraġixxu ma’ kumpaniji jew fergħat huma protetti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri msemmija fl-Artikolu 16, l-awtoritajiet jew persuni jew korpi responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-proċeduri online ma jaħżnux id-data personali trażmessa għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għal żmien itwal milli neċessarju, u fi kwalunkwe każ mhux għal żmien itwal minn dak tal-ħżin ta’ kwalunkwe data personali relatata mal-formazzjoni ta’ kumpanija, ir-reġistrazzjoni ta’ fergħa jew il-preżentazzjoni minn kumpanija jew fergħa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|