+Artikolu 19 Tariffi li jistgħu jiġu imposti għal dokumenti u informazzjoni
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.

Artikolu 19 Tariffi li jistgħu jiġu imposti għal dokumenti u informazzjoni

Tariffi li jistgħu jiġu imposti għal dokumenti u informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
It-tariffi imposti għall-kisba tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri m'għandhomx ikunu ogħla mill-ispejjeż amministrattivi tagħhom, inklużi l-ispejjeż tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tar-reġistri.
Artikolu 19 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin ikunu disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri:

(a) 

l-isem jew l-ismijiet u l-forma ġuridika tal-kumpanija;

(b) 

l-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija u l-Istat Membru fejn hu rreġistrat;

(c) 

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u l-EUID tagħha;

(d) 

id-dettalji tal-website tal-kumpanija, fejn dettalji bħal dawn huma mdaħħlin fir-reġistru nazzjonali;

(e) 

l-istatus tal-kumpanija, bħal meta hija magħluqa, maqtugħa mir-reġistru, likwidata, xolta, ekonomikament attiva jew inattiva kif definit mil-liġi nazzjonali u fejn ikun imniżżel fir-reġistri nazzjonali;

(f) 

l-għan tal-kumpanija, fejn huwa rrekordjat fir-reġistru nazzjonali;

(g) 

id-dettalji ta’ kwalunkwe persuna, li jew bħala korp jew bħala membru ta’ kwalunkwe korp ta’ dan it-tip, bħalissa hija awtorizzata mill-kumpanija biex tirrappreżentaha f'negozjati ma’ partijiet terzi u fi proċedimenti legali u informazzjoni rigward jekk il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw il-kumpanija jistgħux jagħmlu dan waħedhom jew humiex meħtieġa jaġixxu b'mod konġunt;

(h) 

informazzjoni dwar kwalunkwe fergħa miftuħa mill-kumpanija fi Stat Membru ieħor inkluż l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-EUID u l-Istat Membru fejn hija reġistrata l-fergħa.

Artikolu 19 3.
L-iskambju ta’ kwalunkwe informazzjoni permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri għandu jkun mingħajr ħlas għar-reġistri.
Artikolu 19 4.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (f) għandha ssir disponibbli mingħajr ħlas għall-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.