|
+Artikolu 19 2. |
Artikolu 19 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin ikunu disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri:
(a)
l-isem jew l-ismijiet u l-forma ġuridika tal-kumpanija;
(b)
l-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija u l-Istat Membru fejn hu rreġistrat;
(c)
in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u l-EUID tagħha;
(d)
id-dettalji tal-website tal-kumpanija, fejn dettalji bħal dawn huma mdaħħlin fir-reġistru nazzjonali;
(e)
l-istatus tal-kumpanija, bħal meta hija magħluqa, maqtugħa mir-reġistru, likwidata, xolta, ekonomikament attiva jew inattiva kif definit mil-liġi nazzjonali u fejn ikun imniżżel fir-reġistri nazzjonali;
(f)
l-għan tal-kumpanija, fejn huwa rrekordjat fir-reġistru nazzjonali;
(g)
id-dettalji ta’ kwalunkwe persuna, li jew bħala korp jew bħala membru ta’ kwalunkwe korp ta’ dan it-tip, bħalissa hija awtorizzata mill-kumpanija biex tirrappreżentaha f'negozjati ma’ partijiet terzi u fi proċedimenti legali u informazzjoni rigward jekk il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw il-kumpanija jistgħux jagħmlu dan waħedhom jew humiex meħtieġa jaġixxu b'mod konġunt;
(h)
informazzjoni dwar kwalunkwe fergħa miftuħa mill-kumpanija fi Stat Membru ieħor inkluż l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-EUID u l-Istat Membru fejn hija reġistrata l-fergħa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|