|
+Artikolu 24 Atti ta' implimentazzjoni |
Artikolu 24 Atti ta' implimentazzjoniArtikolu 24 Atti ta' implimentazzjoni Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta dan li ġej:
(a)
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta' komunikazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi għall-iskopijiet tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri;
(b)
l-ispeċifikazzjoni teknika tal-protokolli ta' komunikazzjoni;
(c)
il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta' sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informatika għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri;
(d)
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikoli 20, 28a, 28c, 30a u 34;
(e)
il-lista dettaljata ta’ data li għandha tiġi trażmessa għall-fini ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri, kif imsemmi fl-Artikoli 20, 28a, 28c, 30a u 34;
(ea)
il-lista dettaljata ta' data li għandha tiġi trażmessa għall-iskop ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri u għall-iskopijiet ta' żvelar, kif imsemmija fl-Artikoli 86g, 86n, 86p, 123, 127a, 130, 160g, 160n u 160p;
(f)
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-istruttura tal-format ta' messaġġ standard għall-iskop tal-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri, il-pjattaforma u l-portal;
(g)
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi s-sett ta' data meħtieġ sabiex il-pjattaforma tkun tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha kif ukoll il-metodu ta' ħżin, użu u protezzjoni ta' dik id-data;
(h)
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-istruttura u l-użu tal-identifikatur uniku għall-komunikazzjoni bejn ir-reġistri;
(i)
l-ispeċifikazzjoni li tiddefinixxi l-metodi tekniċi ta' operazzjoni tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri fir-rigward tad-distribuzzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, u l-ispeċifikazzjoni li tiddefinixxi s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma li tiżgura li l-messaġġi jitwasslu fil-verżjoni lingwistika rilevanti;
(j)
il-kriterji armonizzati għas-servizz ta' tiftix ipprovdut mill-portal;
(k)
il-modalitajiet tal-ħlas, billi jitqiesu l-faċilitajiet ta' ħlas disponibbli bħal ħlas online;
(l)
id-dettalji tat-tikketti spjegattivi li jelenkaw id-dettalji u t-tipi ta' dokumenti msemmija fl-Artikolu 14;
(m)
il-kondizzjonijiet tekniċi tad-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti bis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri;
(n)
il-proċedura u r-rekwiżiti tekniċi għall-konnessjoni tal-punti ta’ aċċess fakultattivi mal-pjattaforma kif imsemmi fl-Artikolu 22;
(o)
l-arranġamenti dettaljati għal u d-dettalji tekniċi tal-iskambju bejn ir-reġistri tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13i. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmi fl-Artikolu 164(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni konformi mal-punti (d), (e), (n) u (o) sal-1 ta’ Frar 2021. ►M3 ►C1 Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (ea) sat-2 ta’ Lulju 2021. ◄ ◄ 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|