+Artikolu 30 Dokumenti u dettalji li jeħtieġ li jiġu żvelati
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
|
Artikolu 30 Dokumenti u dettalji li jeħtieġ li jiġu żvelati
Dokumenti u dettalji li jeħtieġ li jiġu żvelati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
L-iżvelar obbligatorju stipulat fl-Artikolu 29 jkopri biss id-dokumenti u d-dettalji li ġejjin:
(b)
l-attivitajiet tal-fergħa;
(c)
ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl tal-kumpanija msemmi fl-Artikolu 16 flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni f'dak ir-reġistru;
(d)
l-isem u l-forma legali tal-kumpanija u l-isem tal-fergħa, jekk ikun differenti mill-isem tal-kumpanija;
(e)
il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u d-dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpanija meta tittratta ma' terzi u fi proċeduri legali;
—
bħala organu tal-kumpanija kkostitwit skont il-liġi jew bħala membri ta' kull organu bħal dak, skont l-iżvelar mill-kumpanija kif ipprovvdut fl-Artikolu 14d,
—
bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpanijia għall-attivitajiet tal-fergħa, b'indikazzjoni tal-firxa tal-poteri tagħhom;
(f)
—
l-istralċ tal-kumpanija, il-ħatra tal-istralċjarji, id-dettalji li jirrigwardawhom u l-poteri tagħhom u t-tmiem tal-likwidazzjoni skont iżvelar mill-kumpanija kif ipprovvdut fl-Artikolu 14(h), (j) u (k),
—
il-proċeduri tal-falliment, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet, jew kull proċediment ieħor analogu li għalihom hija suġġetta l-kumpanija;
(g)
id-dokumenti ta' kontijiet skont l-Artikolu 31;
|
|
Artikolu 30 2.
|
L-Istat Membru li fih tkun infetħet il-fergħa jista' jiżvela, kif imsemmi fl-Artikolu 29,
(a)
il-firma tal-persuni msemmija fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
(b)
l-istrumenti tal-kostituzzjoni u l-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni jekk ikunu jinsabu fi strument separat skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 14, flimkien mal-emendi għal dawk id-dokumenti;
(c)
attestat mir-reġistru msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jirrigwarda mal-eżistenza tal-kumpanija;
(d)
indikazzjoni tat-titoli fuq il-proprjetà tal-kumpanija li tkun tinsab f'dak l-Istat Membru, sakemm l-iżvelar jirrigwarda l-validità ta' dawk it-titoli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|