|
+Artikolu 30 1. |
Artikolu 30 1.L-iżvelar obbligatorju stipulat fl-Artikolu 29 jkopri biss id-dokumenti u d-dettalji li ġejjin:
(a)
l-indirizz tal-fergħa;
(b)
l-attivitajiet tal-fergħa;
(c)
ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl tal-kumpanija msemmi fl-Artikolu 16 flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni f'dak ir-reġistru;
(d)
l-isem u l-forma legali tal-kumpanija u l-isem tal-fergħa, jekk ikun differenti mill-isem tal-kumpanija;
(e)
il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u d-dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpanija meta tittratta ma' terzi u fi proċeduri legali;
—
bħala organu tal-kumpanija kkostitwit skont il-liġi jew bħala membri ta' kull organu bħal dak, skont l-iżvelar mill-kumpanija kif ipprovvdut fl-Artikolu 14d,
—
bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpanijia għall-attivitajiet tal-fergħa, b'indikazzjoni tal-firxa tal-poteri tagħhom;
(f)
—
l-istralċ tal-kumpanija, il-ħatra tal-istralċjarji, id-dettalji li jirrigwardawhom u l-poteri tagħhom u t-tmiem tal-likwidazzjoni skont iżvelar mill-kumpanija kif ipprovvdut fl-Artikolu 14(h), (j) u (k),
—
il-proċeduri tal-falliment, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet, jew kull proċediment ieħor analogu li għalihom hija suġġetta l-kumpanija;
(g)
id-dokumenti ta' kontijiet skont l-Artikolu 31;
(h)
l-għeluq tal-fergħa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|