|
+Artikolu 37 Dokumenti u dettalji li jridu jiġu żvelati b'mod obbligatorju |
Artikolu 37 Dokumenti u dettalji li jridu jiġu żvelati b'mod obbligatorjuArtikolu 37 Dokumenti u dettalji li jridu jiġu żvelati b'mod obbligatorju L-iżvelar obbligatorju stipulat fl-Artikolu 36 jkopri mill-inqas id-dokumenti u d-dettalji li ġejjin:
(a)
l-indirizz tal-fergħa;
(b)
l-attivitajiet tal-fergħa;
(c)
il-liġi tal-Istat li tirregola l-kumpanija;
(d)
meta dik il-liġi hekk tkun teħtieġ, ir-reġistru li fih tkun irreġistrata l-kumpanija u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija f'dak ir-reġistru;
(e)
l-istrumenti tal-kostituzzjoni, u l-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni jekk ikunu jinsabu fi strument separat, bl-emendi kollha li jkunu sarulhom;
(f)
il-forma legali tal-kumpanija, il-post prinċipali tal-kummerċ tagħha u l-għan tagħha u, għallinqas kull sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt jekk dawn id-dettalji ma jingħatawx fid-dokumenti msemmija fil-punt (e);
(g)
l-isem tal-kumpanija u l-isem tal-fergħa jekk ikun differenti mill-isem tal-kumpanijia;
(h)
il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u d-dettalji tal-persuni li jkunu awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpanija meta tittratta ma' terzi u fi proċeduri legali:
—
bħala organu tal-kumpanija kkostitwit skont il-liġi jew bħala membri ta' organu ta' dak it-tip,
—
bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpanija għall-attivitajiet tal-fergħa.
Għandha tiġi ddikjarata l-firxa tas-setgħat tal-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw lill-kumpanija, kif ukoll jekk dawk il-persuni jistgħux jirrappreżentaw il-kumpanijawaħedhom jew jekk humiex rikjest li jaġixxu konġuntement;
(i)
—
l-istralċ tal-kumpanijia u l-ħatra tal-istralċjarji, id-dettalji li jirigwardawhom u l-poteri tagħhom u t-tmiem tal-likwidazzjoni,
—
il-proċeduri tal-falliment, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet jew kull proċediment ieħor analogu li għalih tkun suġġetta l-kumpanija;
(j)
id-dokumenti tal-kontijiet skont l-Artikolu 38;
(k)
l-għeluq tal-fergħa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|