+Artikolu 51 Konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti mingħajr rapport tal-espert
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.
|
Artikolu 51 Konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti mingħajr rapport tal-espert
Konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti mingħajr rapport tal-espert
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1.
|
Fejn ikun hemm kunsiderazzjoni għajr fi flus kontanti kif imsemmi fl-Artikolu 50 hija provduta mingħajr ir-rapport tal-esperti imsemmi fl-Artikolu 49(1), (2) u (3), minbarra l-ħtiġijiet stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 4 u sa xahar mid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-attiv, għandha tiġi ppubblikata dikjarazzjoni li jkun fiha dan li ġej:
(a)
deskrizzjoni tal-konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti maħruġ;
(b)
il-valur tiegħu, is-sors ta' dik l-evalwazzjoni u, fejn ikun xieraq, il-metodu tal-evalwazzjoni;
(c)
stqarrija dwar jekk il-valur evalwat jikkorrispondiex għallinqas mal-għadd, il-valur nominali jew, fejn m'hemmx valur nominali, mal-parità kontabbli u, fejn hu xieraq, mal-primjum fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għal konsiderazzjoni ta' dak it-tip; u
(d)
stqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda li jaffetwaw il-valutazzjoni oriġinali.
Il-publikazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha ssir bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru b'mod konformi mal-Artikolu 16.
|
|
Artikolu 51 2.
|
Fejn jiġi propost li tiġi pprovduta konsiderazzjoni li mhijiex fi flus kontanti mingħajr rapport tal-esperti kif imsemmi fl-Artikolu 49(1), (2) u (3), fir-rigward ta' żieda fil-kapital proposta li issir skont l-Artikolu 68(2), għandu jiġi ppubblikat avviż li jkun fih id-data ta' meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda u l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru b'mod konformi mal-Artikolu 16, qabel ma l-kontribuzzjoni tal-attiv bħala konsiderazzjoni għajr fi flus issir effettiva. F'dak il-każ, id-dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun limitata għall-istqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda minn meta l-avviż hawn fuq imsemmi ġie ppubblikat.
|
|
Artikolu 51 3.
|
Kull Stat Membru għandu jipprovdi salvagwardji xierqa biex ikun żgurat li jkun hemmkonformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 50 u f'dan l-Artikolu fejn kontribuzzjoni għal konsiderazzjoni li mhijiex fi flus kontanti hija provduta mingħajr rapport tal-esperti kif imsemmi fl-Artikolu 49(1), (2) u (3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|