|
+Artikolu 51 1. |
Artikolu 51 1.Fejn ikun hemm kunsiderazzjoni għajr fi flus kontanti kif imsemmi fl-Artikolu 50 hija provduta mingħajr ir-rapport tal-esperti imsemmi fl-Artikolu 49(1), (2) u (3), minbarra l-ħtiġijiet stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 4 u sa xahar mid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-attiv, għandha tiġi ppubblikata dikjarazzjoni li jkun fiha dan li ġej:
(a)
deskrizzjoni tal-konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti maħruġ;
(b)
il-valur tiegħu, is-sors ta' dik l-evalwazzjoni u, fejn ikun xieraq, il-metodu tal-evalwazzjoni;
(c)
stqarrija dwar jekk il-valur evalwat jikkorrispondiex għallinqas mal-għadd, il-valur nominali jew, fejn m'hemmx valur nominali, mal-parità kontabbli u, fejn hu xieraq, mal-primjum fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għal konsiderazzjoni ta' dak it-tip; u
(d)
stqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda li jaffetwaw il-valutazzjoni oriġinali. Il-publikazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha ssir bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru b'mod konformi mal-Artikolu 16. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|