+Artikolu 60 Akkwiżizzjoni tal-ishma proprji
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
|
Artikolu 60 Akkwiżizzjoni tal-ishma proprji
Akkwiżizzjoni tal-ishma proprji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' trattament ugwali tal-azzjonisti kollha li jkunu fl-istess pożizzjoni, u għar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li kumpanija takkwista l-ishma tagħha, hi stess jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha iżda fl-interess tal-kumpanija. Sa fejn l-akkwiżizzjonijiet huma permessi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li tali akkwiżizzjonijiet ikunu suġġetti għall-kondizzjonjiet li ġejjin:
(a)
l-awtorizazzjoni tingħata permezz tal-laqgħa ġenerali, li għandha tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet ta' dik l-akkwiżizzjoni, u b'mod partikolari l-għadd massimu ta' ishma li għandhom ikunu akkwistati, il-perjodu li għalih tingħata l-awtorizazzjoni, li t-tul massimu tiegħu għandu jkun iddeterminat mil-liġi nazzjonali u li iżda ma jistax ikun iktar minn ħames snin, u, fil-każ ta' akkwiżizzjoni b'titolu oneruż, l-konsiderazzjoni massima u minima. Il-Membri tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandhom ikunu sodisfatti li, fiż-żmien meta ssir kull akkwiżizzjoni awtorizzata, il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) huma rispettati;
(b)
l-akkwiżizzjonijiet, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f'isimha iżda fl-interess tal-kumpanija, ma jistgħux ikollhom l-effett li l-attiv nett jonqos għal ammont inqas mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 56(1) u (2); u
(c)
ishma mħallsa kompletament biss jistgħu jkunu inklużi fit-tranżazzjoni.
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu akkwiżizzjonijiet fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu soġġetti għal xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-valur nominali jew, fl-assenza ta' dan, il-parità kontabbli tal-ishma akkwistati, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f'isimha iżda fl-interess tal-kumpanija, ma jkunx iktar mill-limitu li għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri; dak il-limitu ma jistax ikun inqas minn 10 % tal-kapital sottoskritt;
(b)
is-setgħa tal-kumpanija li takkwista l-ishma tagħha stess skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu, l-għadd massimu ta' ishma li jistgħu jiġu akkwistati, it-tul tal-perjodu li għalih tingħata s-setgħa u l-konsiderazzjoni massimu jew minimu, ikunu stipulati fl-istatuti jew fl-istrument tal-inkorporazzjoni tal-kumpanija;
(c)
il-kumpanija tkun konformi mar-rekwiżiti xierqa ta' rappurtar u ta' notifika;
(d)
ċerti kumpaniji, skont kif iddeterminat mill-Istati Membri, jistgħu jintalbu jħassru l-ishma akkwistati, sakemm ammont ugwali għall-valur nominali tal-ishma kkanċellati jkun inkluż f'riserva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti, ħlief f'każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt; dik ir-riserva tista' tintuża biss biex jiġi miżjud il-kapital sottoskritt permezz tal-kapitalizzazzjoni tar-riservi;
(e)
l-akkwiżizzjoni ma tippreġudikax it-twettiq tat-talbiet tal-kredituri.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu għal derogi mill-ewwel sentenza tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 meta l-akkwiżizzjoni tal-ishma tal-kumpanija stess tkun meħtieġa biex tiġi evitata ħsara serja u imminenti lill-kumpanija. F'dak il-każ, il-laqgħa ġenerali li jkun imiss tiġi infurmata mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija bir-raġunijiet u -natura tal-akkwiżizzjonijiet magħmula, bl-għadd u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-parità kontabbli, tal-ishma akkwistati, bil-proporzjon tal-kapital sottoksritt li huma jirrappreżentaw, u bil-konsiderazzjoni għal dawn l-ishma.
|
|
Artikolu 60 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċieidu li ma japplikawx l-ewwel sentenza tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu 1 għal ishma akkwistati mill-kumpanija stess jew minn persuna li taġixxi f'isimha stess iżda fl-interess tal-kumpanija, fil-każ ta' distribuzzjoni lill-impjegati ta' dik il-kumpanija jew lill-impjegati ta' kumpanija assoċjata. Dawk l-ishma għandhom jitqassmu fi żmien 12-il xahar mill-akkwiżizzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|