|
+Artikolu 60 1. |
Artikolu 60 1.Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' trattament ugwali tal-azzjonisti kollha li jkunu fl-istess pożizzjoni, u għar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li kumpanija takkwista l-ishma tagħha, hi stess jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha iżda fl-interess tal-kumpanija. Sa fejn l-akkwiżizzjonijiet huma permessi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li tali akkwiżizzjonijiet ikunu suġġetti għall-kondizzjonjiet li ġejjin:
(a)
l-awtorizazzjoni tingħata permezz tal-laqgħa ġenerali, li għandha tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet ta' dik l-akkwiżizzjoni, u b'mod partikolari l-għadd massimu ta' ishma li għandhom ikunu akkwistati, il-perjodu li għalih tingħata l-awtorizazzjoni, li t-tul massimu tiegħu għandu jkun iddeterminat mil-liġi nazzjonali u li iżda ma jistax ikun iktar minn ħames snin, u, fil-każ ta' akkwiżizzjoni b'titolu oneruż, l-konsiderazzjoni massima u minima. Il-Membri tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandhom ikunu sodisfatti li, fiż-żmien meta ssir kull akkwiżizzjoni awtorizzata, il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) huma rispettati;
(b)
l-akkwiżizzjonijiet, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f'isimha iżda fl-interess tal-kumpanija, ma jistgħux ikollhom l-effett li l-attiv nett jonqos għal ammont inqas mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 56(1) u (2); u
(c)
ishma mħallsa kompletament biss jistgħu jkunu inklużi fit-tranżazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu akkwiżizzjonijiet fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu soġġetti għal xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-valur nominali jew, fl-assenza ta' dan, il-parità kontabbli tal-ishma akkwistati, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f'isimha iżda fl-interess tal-kumpanija, ma jkunx iktar mill-limitu li għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri; dak il-limitu ma jistax ikun inqas minn 10 % tal-kapital sottoskritt;
(b)
is-setgħa tal-kumpanija li takkwista l-ishma tagħha stess skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu, l-għadd massimu ta' ishma li jistgħu jiġu akkwistati, it-tul tal-perjodu li għalih tingħata s-setgħa u l-konsiderazzjoni massimu jew minimu, ikunu stipulati fl-istatuti jew fl-istrument tal-inkorporazzjoni tal-kumpanija;
(c)
il-kumpanija tkun konformi mar-rekwiżiti xierqa ta' rappurtar u ta' notifika;
(d)
ċerti kumpaniji, skont kif iddeterminat mill-Istati Membri, jistgħu jintalbu jħassru l-ishma akkwistati, sakemm ammont ugwali għall-valur nominali tal-ishma kkanċellati jkun inkluż f'riserva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti, ħlief f'każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt; dik ir-riserva tista' tintuża biss biex jiġi miżjud il-kapital sottoskritt permezz tal-kapitalizzazzjoni tar-riservi;
(e)
l-akkwiżizzjoni ma tippreġudikax it-twettiq tat-talbiet tal-kredituri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|