+Artikolu 86e Rapport tal-korp amministrattiv jew maniġerjali għall-membri u għall-impjegati
---+Artikolu 86e 1.
---+Artikolu 86e 2.
---+Artikolu 86e 3.
---+Artikolu 86e 4.
---+Artikolu 86e 5.
---+Artikolu 86e 6.
---+Artikolu 86e 7.
---+Artikolu 86e 8.
---+Artikolu 86e 9.
---+Artikolu 86e 10.
|
Artikolu 86e Rapport tal-korp amministrattiv jew maniġerjali għall-membri u għall-impjegati
Rapport tal-korp amministrattiv jew maniġerjali għall-membri u għall-impjegati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 86e 1.
|
Il-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija għandu jfassal rapport għall-membri u għall-impjegati, li jispjega u jiġġustifika l-aspetti legali u ekonomiċi tal-konverżjoni transkonfinali, kif ukoll jispjega l-implikazzjonijiet tal-konverżjoni transkonfinali għall-impjegati. Huwa għandu, b'mod partikolari, jispjega l-implikazzjonijiet tal-konverżjoni transkonfinali għan-negozju futur tal-kumpanija.
|
|
Artikolu 86e 2.
|
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll taqsima għall-membri u taqsima għall-impjegati. Il-kumpanija tista' tiddeċiedi jekk tfassalx rapport wieħed li jkun fih dawk iż-żewġ taqsimiet jew tfassalx rapporti separati għall-membri u għall-impjegati, li rispettivament ikollhom it-taqsima rilevanti.
|
|
Artikolu 86e 3.
|
It-taqsima tar-rapport għall-membri għandha, b'mod partikolari, tispjega dan li ġej:
(a)
il-kumpens fi flus kontanti u l-metodu li ntuża biex jiġi ddeterminat il-kumpens fi flus kontanti;
(b)
l-implikazzjonijiet tal-konverżjoni transkonfinali għall-membri;
(c)
id-drittijiet u r-rimedji disponibbli għall-membri f'konformità mal-Artikolu 86i.
|
|
Artikolu 86e 4.
|
It-taqsima tar-rapport għall-membri ma għandhiex tkun meħtieġa fejn il-membri kollha tal-kumpanija jkunu qablu li jirrinunzjaw dak ir-rekwiżit. L-Istati Membri jistgħu jeskludu kumpaniji b'membru wieħed mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 86e 5.
|
It-taqsima tar-rapport għall-impjegati għandha, b'mod partikolari, tispjega dan li ġej:
(a)
l-implikazzjonijiet tal-konverżjoni transkonfinali għar-relazzjonijiet tal-impjieg, kif ukoll, fejn applikabbli, kwalunkwe miżura maħsuba biex tissalvagwardja dawk ir-relazzjonijiet;
(b)
kwalunkwe tibdil materjali fil-kundizzjonijiet applikabbli tal-impjieg, jew fil-post tan-negozju tal-kumpanija;
(c)
b'liema mod il-fatturi stabbiliti fil-punti (a) u (b) jaffettwaw kwalunkwe sussidjarja tal-kumpanija.
|
|
Artikolu 86e 6.
|
Ir-rapport jew rapporti għandhom jitqiegħdu, fi kwalunkwe każ, b'mod elettroniku, flimkien mal-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali, jekk ikun disponibbli, għad-dispożizzjoni tal-membri u tar-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm ebda tali rappreżentant, għad-dispożizzjoni tal-impjegati nfushom, mhux anqas minn sitt ġimgħat qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h.
|
|
Artikolu 86e 7.
|
Fejn il-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija jirċievi opinjoni dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 5, fil-ħin, mingħand ir-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija jew, fejn ma jkun hemm ebda tali rappreżentant, mingħand l-impjegati nfushom, kif previst taħt il-liġi nazzjonali, il-membri għandhom jiġu infurmati dwar dan u dik l-opinjoni għandha tiġi mehmuża mar-rapport.
|
|
Artikolu 86e 8.
|
It-taqsima tar-rapport għall-impjegati ma għandhiex tkun meħtieġa fejn il-kumpanija u s-sussidjarji tagħha, jekk ikun hemm, ma jkollhomx impjegati għajr dawk li jiffurmaw parti mill-korp amministrattiv jew maniġerjali.
|
|
Artikolu 86e 9.
|
Fejn it-taqsima tar-rapport għall-membri msemmija fil-paragrafu 3 tkun ġiet irrinunzjata f'konformità mal-paragrafu 4 u t-taqsima għall-impjegati msemmija fil-paragrafu 5 ma tkunx meħtieġa taħt il-paragrafu 8, ir-rapport ma għandux ikun rikjest
|
|
Artikolu 86e 10.
|
Il-paragrafi 1 sa 9 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-proċeduri ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni applikabbli previsti fil-livell nazzjonali wara t-traspożizzjoni tad-Direttivi 2002/14/KE u 2009/38/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|