|
+Artikolu 86g 1. |
Artikolu 86g 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti li ġejjin jiġu żvelati mill-kumpanija u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq, tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h:
(a)
l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali; u
(b)
avviż li jinforma lill-membri, lill-kredituri u lir-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija, jew, fejn ma jkun hemm ebda tali rappreżentant, lill-impjegati nfushom, biex dawn ikunu jistgħu jissottomettu lill-kumpanija, tal-anqas ħames ġranet tax-xogħol qabel id-data tal-laqgħa ġenerali, kummenti dwar l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li r-rapport tal-espert indipendenti jiġi żvelat u jsir disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija tkun tista' teskludi informazzjoni kunfidenzjali mill-iżvelar tar-rapport tal-espert indipendenti. Id-dokumenti żvelati f'konformità ma' dan il-paragrafu għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|