+Artikolu 86g Żvelar
---+Artikolu 86g 1.
---+Artikolu 86g 2.
---+Artikolu 86g 3.
---+Artikolu 86g 4.
---+Artikolu 86g 5.
---+Artikolu 86g 6.

Artikolu 86g Żvelar

Żvelar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 86g 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti li ġejjin jiġu żvelati mill-kumpanija u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq, tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h:

(a) 

l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali; u

(b) 

avviż li jinforma lill-membri, lill-kredituri u lir-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija, jew, fejn ma jkun hemm ebda tali rappreżentant, lill-impjegati nfushom, biex dawn ikunu jistgħu jissottomettu lill-kumpanija, tal-anqas ħames ġranet tax-xogħol qabel id-data tal-laqgħa ġenerali, kummenti dwar l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li r-rapport tal-espert indipendenti jiġi żvelat u jsir disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija tkun tista' teskludi informazzjoni kunfidenzjali mill-iżvelar tar-rapport tal-espert indipendenti.

Id-dokumenti żvelati f'konformità ma' dan il-paragrafu għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri.

Artikolu 86g 2.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw kumpanija mir-rekwiżit ta' żvelar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn, għal perjodu kontinwu ta' żmien li jibda tal-anqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h u li jispiċċa mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, dik il-kumpanija tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fis-sit web tagħha mingħajr ħlas.

Madankollu, l-Istati Membri ma għandhom jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għal ebda rekwiżit jew restrizzjoni ħlief għal dawk li jkunu meħtieġa biex ikunu żgurati s-sigurtà tas-sit web u l-awtentiċità tad-dokumenti b'mod li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Artikolu 86g 3.

Fejn kumpanija tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, din għandha tissottometti lir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq, tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-forma ġuridika u l-isem tal-kumpanija u l-post tal-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Istat Membru tat-tluq, u l-forma ġuridika u l-isem proposti għall-kumpanija konvertita fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-post propost tal-uffiċċju reġistrat tagħha f’dak l-Istat Membru;

(b) 

ir-reġistru li fih ġew reġistrati d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14 fir-rigward tal-kumpanija, u n-numru tar-reġistrazzjoni f'dak ir-reġistru;

(c) 

indikazzjoni tal-arranġamenti li saru għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-kredituri, tal-impjegati u tal-membri; u

(d) 

id-dettalji tas-sit web minn fejn l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali, l-avviż imsemmi fil-paragrafu 1, u r-rapport tal-espert indipendenti u l-informazzjoni kompluta dwar l-arranġamenti msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu jistgħu jinkisbu online u mingħajr ħlas.

Ir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq għandu jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 86g 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 jistgħu jiġu sodisfatti kompletament online mingħajr il-ħtieġa li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem kwalunkwe awtorità kompetenti fl-Istat Membru tat-tluq, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu III tat-Titolu I.
Artikolu 86g 5.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu, minbarra l-iżvelar imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali, jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jiġu ppubblikati fil-gazzetta nazzjonali tagħhom jew permezz ta' pjattaforma elettronika ċentrali f'konformità mal-Artikolu 16(3). F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru jibgħat l-informazzjoni rilevanti lill-gazzetta nazzjonali jew lil pjattaforma elettronika ċentrali.
Artikolu 86g 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe tariffa imposta fuq il-kumpanija mir-reġistri għall-iżvelar imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 u, fejn applikabbli, għall-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, ma taqbiżx l-irkupru tal-ispiża għall-forniment ta' tali servizzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.