+Artikolu 86j Protezzjoni tal-kredituri
---+Artikolu 86j 1.
---+Artikolu 86j 2.
---+Artikolu 86j 3.
---+Artikolu 86j 4.
|
Artikolu 86j Protezzjoni tal-kredituri
Protezzjoni tal-kredituri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 86j 1.
|
L-Istati Membri għandhom jipprevedu sistema adegwata ta' protezzjoni tal-interessi tal-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom oriġinaw qabel l-iżvelar tal-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali u li ma jkunux saru esiġibbli fil-waqt ta' tali żvelar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri li ma jkunux sodisfatti bis-salvagwardji offruti fl-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali, kif previst fil-punt (f) tal-Artikolu 86d, ikunu jistgħu japplikaw, fi żmien tliet xhur mill-iżvelar tal-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali msemmi fl-Artikolu 86g, mal-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja xierqa għal salvagwardji adegwati, dment li tali kredituri jkunu jistgħu juru b'mod kredibbli li, minħabba l-konverżjoni transkonfinali, il-pretensjonijiet tagħhom jistgħu ma jiġux sodisfatti u li l-ebda salvagwardja adegwata ma tkun inkisbet mill-kumpanija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-salvagwardji jkunu kkondizzjonati milli l-konverżjoni transkonfinali ssir effettiva skont l-Artikolu 86q.
|
|
Artikolu 86j 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija jipprovdi dikjarazzjoni li tirrifletti b'mod preċiż l-istatus finanzjarju tagħha f'data li ma għandhiex tkun aktar kmieni minn xahar qabel l-iżvelar ta' dik id-dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni għandha tkun li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija fid-data ta' dik id-dikjarazzjoni, u wara li jkunu saru inkjesti raġonevoli, dak il-korp amministrattiv jew maniġerjali ma jkun jaf b'ebda raġuni għala l-kumpanija ma tkunx tista', wara li ssir effettiva l-konverżjoni, tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha meta jsiru dovuti dawn l-obbligazzjonijiet. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi żvelata flimkien mal-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali f'konformità mal-Artikolu 86g.
|
|
Artikolu 86j 3.
|
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat Membru tat-tluq rigward l-adempiment jew l-assigurar tal-obbligazzjonijiet ta’ flus jew mhux ta' flus dovuti lil korpi pubbliċi.
|
|
Artikolu 86j 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom joriġinaw qabel l-iżvelar tal-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali jkunu jistgħu jistitwixxu proċedimenti kontra l-kumpanija ukoll fl-Istat Membru tat-tluq fi żmien sentejn mid-data li fiha l-konverżjoni tkun saret effettiva, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni li jinsabu fil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew fi ftehim kuntrattwali. L-għażla li persuna tistiwixxi tali proċedimenti għandha tkun b'żieda ma' regoli oħra dwar l-għażla ta' ġurisdizzjoni li jkunu applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|