+Artikolu 86l Parteċipazzjoni tal-impjegati
---+Artikolu 86l 1.
---+Artikolu 86l 2.
---+Artikolu 86l 3.
---+Artikolu 86l 4.
---+Artikolu 86l 5.
---+Artikolu 86l 6.
---+Artikolu 86l 7.
---+Artikolu 86l 8.

Artikolu 86l Parteċipazzjoni tal-impjegati

Parteċipazzjoni tal-impjegati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 86l 1.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-kumpanija konvertita għandha tkun soġġetta għar-regoli fis-seħħ li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.
Artikolu 86l 2.

Madankollu, ir-regoli fis-seħħ li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, ma għandhomx japplikaw fejn il-kumpanija jkollha, fis-sitt xhur qabel l-iżvelar tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali, għadd medju ta' impjegati ekwivalenti għal tmenin fil-mija tal-livell limitu applikabbli, kif stabbilit fil-liġi tal-Istat Membru tat-tluq, biex tiġi attivata l-parteċipazzjoni tal-impjegati fis-sens tal-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/86/KE, jew fejn il-liġi tal-Istat Membru tad-destinazzjoni:

(a) 

ma tipprevedix tal-anqas l-istess livell ta' parteċipazzjoni tal-impjegati kif operata fil-kumpanija transkonfinali qabel il-konverżjoni transkonfinali, imkejla b'referenza għall-proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fost il-membri tal-korp amministrattiv jew superviżorju jew il-kumitati tagħhom jew tal-grupp maniġerjali li jkopri l-unitajiet tal-profitt tal-kumpanija, soġġetti għar-rappreżentazzjoni tal-impjegati; jew

(b) 

ma tipprevedix li l-impjegati ta' stabbilimenti tal-kumpanija konvertita li jinsabu fi Stati Membri oħrajn ikunu wkoll jistgħu jeżerċitaw drittijiet ta' parteċipazzjoni kif igawdu dawk l-impjegati mħaddma fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;

Artikolu 86l 3.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kumpanija konvertita u l-involviment tagħhom fid-definizzjoni ta' tali drittijiet għandhom ikunu regolati mill-Istati Membri, mutatis mutandis u soġġett għall-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu, f'konformità mal-prinċipji u mal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 12(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001 u fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2001/86/KE:

(a) 

l-Artikolu 3(1), il-punti (a)(i) u (b) tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 3(3), l-ewwel żewġ sentenzi tal-Artikolu 3(4), u l-Artikolu 3(5) u (7);

(b) 

l-Artikolu 4(1), il-punti (a), (g) u (h) tal-Artikolu 4(2), u l-Artikolu 4(3) u (4);

(c) 

l-Artikolu 5;

(d) 

l-Artikolu 6

(e) 

l-Artikolu 7 (1), bl-eċċezzjoni tat-tieni inċiż tal-punt (b);

(f) 

l-Artikoli 8, 10, 11 u 12; u

(g) 

il-punt (a) tal-Parti 3 tal-Anness.

Artikolu 86l 4.

Meta jkunu qed jirregolaw il-prinċipji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri:

(a) 

għandhom jagħtu lill-korp speċjali tan-negozjar id-dritt li jiddeċiedi, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi mill-impjegati, li ma jiftaħx negozjati jew li jtemm in-negozjati diġà miftuħa u li jibbaża fuq ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b) 

jistgħu, fil-każ fejn, wara negozjati preċedenti, ikunu applikabbli regoli standard għall-parteċipazzjoni u minkejja tali regoli, jiddeċiedu li jillimitaw il-proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fil-korp amministrattiv tal-kumpanija konvertita. Madankollu, jekk, fil-kumpanija, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jikkostitwixxu tal-anqas terz mill-korp amministrattiv jew superviżorju, il-limitazzjoni qatt ma tista' tirriżulta fi proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fil-korp amministrattiv iżgħar minn terz;

(c) 

għandhom jiżguraw li r-regoli tal-parteċipazzjoni tal-impjegati li kienu japplikaw qabel il-konverżjoni transkonfinali jibqgħu japplikaw sad-data tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe regola sussegwentement miftiehma jew, fin-nuqqas ta' regoli miftiehma, sal-mument tal-applikazzjoni ta' regoli standard f'konformità mal-punt (a) tal-Parti 3 tal-Anness tad-Direttiva 2001/86/KE.

Artikolu 86l 5.
L-estensjoni tad-drittijiet ta' parteċipazzjoni għall-impjegati tal-kumpanija konvertita li jkunu impjegati fi Stati Membri oħra, kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, ma għandhiex twassal għal xi obbligu għall-Istati Membri li jagħmlu dik l-għażla biex jikkunsidraw lil dawk l-impjegati meta jikkalkolaw id-daqs tal-livelli minimi tal-forza tax-xogħol li jwasslu għal drittijiet ta' parteċipazzjoni taħt il-liġi nazzjonali.
Artikolu 86l 6.
Fejn il-kumpanija konvertita għandha tkun iggvernata b'sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati, f'konformità mar-regoli msemmija fil-paragrafu 2, din għandha tkun obbligata tieħu forma ġuridika li tippermetti l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' parteċipazzjoni.
Artikolu 86l 7.
Fejn il-kumpanija konvertita tkun qed topera taħt sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati, hija għandha tkun obbligata tieħu miżuri biex tiżgura li d-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-impjegati jkunu protetti fil-każ ta' kwalunkwe konverżjoni, merger jew diviżjoni sussegwenti, kemm jekk transkonfinali kif ukoll jekk domestika, għal perjodu ta' erba' snin wara li ssir effettiva l-konverżjoni transkonfinali, billi tapplika mutatis mutandis ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 6.
Artikolu 86l 8.
Kumpanija għandha tikkomunika lill-impjegati tagħha jew lir-rappreżentanti tagħhom l-eżitu tan-negozjati li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-impjegati mingħajr dewmien żejjed.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.