+Artikolu 86m Ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni
---+Artikolu 86m 1.
---+Artikolu 86m 2.
---+Artikolu 86m 3.
---+Artikolu 86m 4.
---+Artikolu 86m 5.
---+Artikolu 86m 6.
---+Artikolu 86m 7.
---+Artikolu 86m 8.
---+Artikolu 86m 9.
---+Artikolu 86m 10.
---+Artikolu 86m 11.
---+Artikolu 86m 12.
|
Artikolu 86m Ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni
Ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 86m 1.
|
L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-qorti, nutar jew awtorità jew awtoritajiet oħra kompetenti biex jiskrutinizzaw il-legalità ta' konverżjonijiet transkonfinali fir-rigward ta' dawk il-partijiet tal-proċedura li jkunu regolati mil-liġi tal-Istat Membru tat-tluq u joħorġu ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni li jattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha u t-tlestija għalkollox tal-proċeduri u l-formalitajiet kollha fl-Istat Membru tat-tluq (“l-awtorità kompetenti”). Tali tlestija ta' proċeduri u formalitajiet tista' tikkonsisti fl-adempiment jew l-assigurar tal-obbligazzjonijiet ta’ flus jew mhux ta' flus dovuti lil korpi pubbliċi jew il-konformità ma' rekwiżiti settorjali speċifiċi, inkluż l-assigurar ta' obbligazzjonijiet derivati minn proċedimenti kurrenti.
|
|
Artikolu 86m 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni mill-kumpanija biex tikseb ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:
(a)
l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali;
(b)
ir-rapport u l-opinjoni mehmuża, jekk ikun hemm, imsemmija fl-Artikolu 86e, kif ukoll ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 86f, fejn dawk ir-rapporti jkunu disponibbli;
(c)
kwalunkwe kumment li jkun tressaq skont l-Artikolu 86g(1); u
(d)
l-informazzjoni dwar l-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h.
|
|
Artikolu 86m 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjoni għall-ksib ta' ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni mill-kumpanija tkun akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali, bħal, b'mod partikolari:
(a)
l-għadd ta' impjegati fil-waqt tat-tfassil tal-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali;
(b)
l-eżistenza ta’ sussidjarji u l-post ġeografiku rispettiv tagħhom;
(c)
informazzjoni dwar l-adempiment tal-obbligazzjonijiet dovuti mill-kumpanija lil korpi pubbliċi.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu tali informazzjoni, jekk ma tkunx ġiet ipprovduta mill-kumpanija, minn awtoritajiet rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 86m 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, inkluża l-preżentazzjoni ta' xi informazzjoni u dokumenti, tista' timtela kompletament online mingħajr il-ħtieġa li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem l-awtorità kompetenti, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu III tat-Titolu I.
|
|
Artikolu 86m 5.
|
Fir-rigward tal-konformità mar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati kif stabbiliti fl-Artikolu 86l, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tat-tluq għandha tivverifika li l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali jinkludi informazzjoni dwar il-proċeduri li bihom l-arranġamenti rilevanti jiġu determinati u dwar l-għażliet possibbli għal tali arranġamenti.
|
|
Artikolu 86m 6.
|
Bħala parti mill-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha teżamina li ġej:
(a)
id-dokumenti u l-informazzjoni kollha mressqa lill-awtorità kompetenti skont il-paragrafi 2 u 3;
(b)
indikazzjoni mill-kumpanija li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 86l(3) u (4) bdiet, fejn rilevanti.
|
|
Artikolu 86m 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 jsir fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċezzjoni tad-dokumenti u l-informazzjoni li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-konverżjoni transkonfinali mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija. L-iskrutinju għandu jkollu wieħed mill-eżiti li ġejjin:
(a)
fejn jiġi ddeterminat li l-konverżjoni transkonfinali tikkonforma mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha u li tlestew il-proċeduri u l-formalitajiet neċessarji kollha, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni;
(b)
fejn jiġi ddeterminat li l-konverżjoni transkonfinali ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha jew li ma tlestewx il-proċeduri u l-formalitajiet neċessarji kollha, l-awtorità kompetenti ma għandhiex toħroġ iċ-ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni u għandha tinforma lill-kumpanija bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha; f'dak il-każ, l-awtorità kompetenti tista' tagħti lill-kumpanija l-opportunità li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti jew li tlesti l-proċeduri u l-formalitajiet f'perjodu ta' żmien adatt.
|
|
Artikolu 86m 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ma toħroġx iċ-ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni fejn jiġi ddeterminat, f'konformità mal-liġi nazzjonali, li konverżjoni transkonfinali tkun għal finijiet abbużivi jew frodulenti li jwasslu jew huma maħsuba għall-evażjoni minn, jew għall-evitar ta', il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, jew għal finijiet kriminali.
|
|
Artikolu 86m 9.
|
Fejn l-awtorità kompetenti, waqt l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1, ikollha dubji serji li jindikaw li l-konverżjoni transkonfinali tkun għal finijiet abbużivi jew frodulenti li jwasslu jew huma maħsuba għall-evażjoni minn, jew għall-evitar ta', il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, jew għal finijiet kriminali, hija għandha tqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti, bħal, fejn ikunu rilevanti u ma jitqisux b'mod iżolat, fatturi indikattivi li minnhom l-awtorità kompetenti tkun saret konxja, matul l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1, inkluż permezz ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti. Il-valutazzjoni għall-finijiet ta' dan il-paragrafu għandha ssir fuq il-bażi ta' każ b'każ, permezz ta' proċedura regolata mil-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 86m 10.
|
Fejn ikun jenħtieġ, għall-finijiet tal-valutazzjoni taħt il-paragrafi 8 u 9, li jittieħed kont ta' informazzjoni addizzjonali jew li jitwettqu attivitajiet addizzjonali ta' investigazzjoni, il-perjodu ta' tliet xhur previst fil-paragrafu 7 jista' jiġi estiż b'massimu ta' tliet xhur.
|
|
Artikolu 86m 11.
|
Fejn, minħabba l-kumplessità tal-proċedura transkonfinali, il-valutazzjoni ma tkunx tista' ssir fi ħdan l-iskadenzi previsti fil-paragrafi 7 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi notifikat bir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien qabel ma jagħlqu dawk l-iskadenzii.
|
|
Artikolu 86m 12.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tkun tista' tikkonsulta awtoritajiet rilevanti oħra b'kompetenzi fl-oqsma differenti kkonċernati mill-konverżjoni transkonfinali, inklużi dawk mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u tkun tista' tikseb minn dawk l-awtoritajiet, u mill-kumpanija l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tiskrutinizza l-legalità tal-konverżjoni transkonfinali, fi ħdan il-qafas proċedurali stabbilit fil-liġi nazzjonali. Għall-finijiet tal-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tirrikorri għal espert indipendenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|