|
+Artikolu 108 1. |
Artikolu 108 1.Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli ta' nullità ta' mergers biss skont il-kondizzjonijiet li ġejjin biss:
(a)
in-nullità għandha tiġi ordnata permezz ta' sentenza ta' xi qorti;
(b)
mergers li ħadu effett skont l-Artikolu 103 jistgħu jiġu dikjarati nulli biss jekk ma kienx hemm sorveljanza preventiva ġudizzjarja jew amministrattiva tal-legalità tagħhom, jew jekk ma ġewx imħejjija u ċertifikati fl-għamla legali xierqa, jew jekk ikun jidher li d-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali hi invalida jew tista' tkun invalidata skont il-liġi nazzjonali;
(c)
il-proċedimenti ta' annullament ma' jistgħux jinbdew aktar minn sitt xhur wara d-data li fiha tkun saret effettiva l-merger kontra l-persuna li qed tallega annullament jew fejn is-sitwazzjoni tkun ġiet rimedjata;
(d)
fejn ikun possibbli li jkun rimedjat difett li jista' jagħmel merger mhux valida, il-qorti kompetenti għandha tagħti lill-kumpaniji involuti perijodu ta' żmien li fih tkun tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni;
(e)
sentenza li tiddikjara merger mhux valida għandha tiġi pubblikata kif stabbilit fil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16;
(f)
fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li tali sentenza tiġi kkontestata minn xi parti terzi, dik il-parti tista' tagħmel dan biss fi żmien sitt xhur mill-publikazzjoni tas-sentenza kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tat-Titolu I;
(g)
sentenza li tiddikjara merger mhux valida ma taffettwax, minnha nnifisha, il-validità ta' obbligazzjonijiet dovuti minn, jew relatati mal-kumpanija li qed takkwista u li kienu hemm qabel is-sentenza ġiet ippubblikata u wara d-data li fiha l-merger issir effettiva; u
(h)
kumpaniji li kienu partijiet għal merger ikunu responsabbli in solidum fejn għandhom x'jaqsmu l-obligazzjonijiet tal-kumpanija li qed takkwista msemmija fil-punt (g). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|