+Artikolu 108 Kundizzjonijiet għan-nullità ta' merger
---+Artikolu 108 1.
---+Artikolu 108 2.
---+Artikolu 108 3.
|
Artikolu 108 Kundizzjonijiet għan-nullità ta' merger
Kundizzjonijiet għan-nullità ta' merger
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 108 1.
|
Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli ta' nullità ta' mergers biss skont il-kondizzjonijiet li ġejjin biss:
(a)
in-nullità għandha tiġi ordnata permezz ta' sentenza ta' xi qorti;
(b)
mergers li ħadu effett skont l-Artikolu 103 jistgħu jiġu dikjarati nulli biss jekk ma kienx hemm sorveljanza preventiva ġudizzjarja jew amministrattiva tal-legalità tagħhom, jew jekk ma ġewx imħejjija u ċertifikati fl-għamla legali xierqa, jew jekk ikun jidher li d-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali hi invalida jew tista' tkun invalidata skont il-liġi nazzjonali;
(c)
il-proċedimenti ta' annullament ma' jistgħux jinbdew aktar minn sitt xhur wara d-data li fiha tkun saret effettiva l-merger kontra l-persuna li qed tallega annullament jew fejn is-sitwazzjoni tkun ġiet rimedjata;
(d)
fejn ikun possibbli li jkun rimedjat difett li jista' jagħmel merger mhux valida, il-qorti kompetenti għandha tagħti lill-kumpaniji involuti perijodu ta' żmien li fih tkun tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni;
(e)
sentenza li tiddikjara merger mhux valida għandha tiġi pubblikata kif stabbilit fil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16;
(f)
fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li tali sentenza tiġi kkontestata minn xi parti terzi, dik il-parti tista' tagħmel dan biss fi żmien sitt xhur mill-publikazzjoni tas-sentenza kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tat-Titolu I;
(g)
sentenza li tiddikjara merger mhux valida ma taffettwax, minnha nnifisha, il-validità ta' obbligazzjonijiet dovuti minn, jew relatati mal-kumpanija li qed takkwista u li kienu hemm qabel is-sentenza ġiet ippubblikata u wara d-data li fiha l-merger issir effettiva; u
(h)
kumpaniji li kienu partijiet għal merger ikunu responsabbli in solidum fejn għandhom x'jaqsmu l-obligazzjonijiet tal-kumpanija li qed takkwista msemmija fil-punt (g).
|
|
Artikolu 108 2.
|
B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu wkoll jiddisponu biex tkun ordnata n-nullità ta' merger minn awtorità amministrattiva jekk tali deċiżjoni tista' tiġi appellata quddiem qorti. Il-punt (b) u l-punti (d) sa (h) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw b'analoġija għall-awtorità amministrattiva. Tali proċedimenti ta' annullament ma' jistgħux jinbdew aktar min sitt xhur wara d-data li fiha l-merger issir effettiva.
|
|
Artikolu 108 3.
|
Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar in-nullità ta' merger dikjarata wara kwalunkwe sorveljanza għajr sorveljanza preventiva ġudizzjarja jew amministrattiva ta' legalità m'għandhomx jiġu affettwati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|