+Artikolu 113 Merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma ta' kumpanija li qed tkun akkwistata

Artikolu 113 Merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma ta' kumpanija li qed tkun akkwistata

Artikolu 113

Merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma ta' kumpanija li qed tkun akkwistata

Fejn issir merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar, iżda mhux it-total kollu, tal-ishma u titoli oħra li jagħtu d-dritt għall-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji akkwistati, l-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni tal-merger mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwista jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 92 issir, fejn għandha x'taqsam il-kumpanija li qed takkwista, tal-anqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger;

(b) 

tal-anqas xahar qabel id-data speċifikata fil-punt (a), l-azzjonisti kollha tal-kumpanija li qed takkwista jkunu intitolati li jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fil-punti (a) u (b) u, fejn hu applikabbli, il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 97(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;

(c) 

il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 94 japplika.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 97(2), (3) u (4) għandu japplika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.