|
+Artikolu 114 Eżenzjoni mill-ħtiġijiet applikabbli għall-mergers permezz ta' akkwiżizzjoni |
Artikolu 114 Eżenzjoni mill-ħtiġijiet applikabbli għall-mergers permezz ta' akkwiżizzjoniArtikolu 114 Eżenzjoni mill-ħtiġijiet applikabbli għall-mergers permezz ta' akkwiżizzjoni L-Istati Membri m'għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 95, 96 u 97 fil-każ ta' merger fit-tifsira tal-Artikolu 113 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-azzjonijisti minoritarji tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata jkollhom id-dritt li jkollhom l-ishma tagħhom akkwistati mill-kumpanija li qed takkwista;
(b)
jekk jeżerċitaw dak id-dritt, ikollhom id-dritt li jirċievu konsiderazzjoni li tikkorrispondi għall-valur tal-ishma tagħhom;
(c)
fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar din il-konsiderazzjoni, ikun possibbli li l-valur tal-konsiderazzjoni ikun determinat minn qorti jew minn awtorità amministrattiva maħtura mill-Istat Membru għal dak il-għan. Stat Membru m'għandux għalfejn japplika l-ewwel paragrafu jekk il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jintitolaw lill-kumpanija li qed takkwista, mingħajr offerta preċedenti ta' akkwiżizzjoni pubblika, li teħtieġ li d-detenturi kollha tal-bqija tat-titoli tal-kumpanija jew kumpaniji li ser ikunu akkwistati jbigħulha dawk it-titoli qabel il-merger bi prezz ġust. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|