+Artikolu 123 Żvelar
---+Artikolu 123 1.
---+Artikolu 123 2.
---+Artikolu 123 3.
---+Artikolu 123 4.
---+Artikolu 123 5.
---+Artikolu 123 6.
---+Artikolu 123 7.

Artikolu 123 Żvelar

Żvelar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 123 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti li ġejjin jiġu żvelati mill-kumpanija u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-reġistru tal-Istat Membru ta' kull kumpanija li tkun oġġett tal-merger, tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126:

(a) 

l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali; u

(b) 

avviż li jinforma lill-membri, lill-kredituri u lir-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija li tkun oġġett tal-merger, jew, fejn ma jkun hemm ebda tali rappreżentant, lill-impjegati nfushom, li jistgħu jissottomettu lill-kumpanija rispettiva tagħhom, tal-anqas ħames ġranet tax-xogħol qabel id-data tal-laqgħa ġenerali, kummenti dwar l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li r-rapport tal-espert indipendenti jiġi żvelat u jsir disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija tkun tista' teskludi informazzjoni kunfidenzjali mill-iżvelar tar-rapport tal-espert indipendenti.

Id-dokumenti żvelati f'konformità ma' dan il-paragrafu għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri.

Artikolu 123 2.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger mir-rekwiżit ta' żvelar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn, għal perjodu kontinwu ta' żmien li jibda tal-anqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126 u li jintemm mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, dawk il-kumpaniji jagħmlu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku fis-siti web tagħhom mingħajr ħlas.

Madankollu, l-Istati Membri ma għandhom jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għal ebda rekwiżit jew restrizzjoni ħlief għal dawk li jkunu meħtieġa biex ikunu żgurati s-sigurtà tas-sit web u l-awtentiċità tad-dokumenti, u li jkunu proporzjonati biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Artikolu 123 3.

Fejn il-kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger jagħmlu disponibbli l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom jissottomettu lir-reġistru rispettiv tagħhom, tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali ġenerali msemmija fl-Artikolu 126, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

għal kull waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger, il-forma ġuridika tagħha u l-isem, u l-post tal-uffiċċju rreġistrat tagħha, u l-forma ġuridika u l-isem proposti għal kwalunkwe kumpanija maħluqa ġdida u l-post propost tal-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(b) 

ir-reġistru li fih ġew ippreżentati d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14 fir-rigward ta' kull waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger, u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija rispettiva f'dak ir-reġistru;

(c) 

indikazzjoni, għal kull waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger, tal-arranġamenti li saru għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-kredituri, tal-impjegati u tal-membri; u

(d) 

id-dettalji tas-sit web minn fejn l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali, l-avviż imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rapport tal-espert indipendenti u informazzjoni kompluta dwar l-arranġamenti msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu tkun tista' tinkiseb online u mingħajr ħlas.

Ir-reġistru tal-Istat Membru ta’ kull waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger għandu jagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 123 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 jistgħu jiġu sodisfatti kompletament online mingħajr il-ħtieġa li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem xi awtorità kompetenti fl-Istati Membri tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu III tat-Titolu I.
Artikolu 123 5.
Fejn l-approvazzjoni tal-merger ma tkunx meħtieġa mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija akkwirenti f'konformità mal-Artikolu 126(3), l-iżvelar imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandu jsir tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija l-oħra jew tal-kumpaniji l-oħrajn li jkunu l-oġġett tal-merger.
Artikolu 123 6.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu, minbarra l-iżvelar imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali, jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jiġu ppubblikati fil-gazzetta nazzjonali tagħhom jew permezz ta' pjattaforma elettronika ċentrali f'konformità mal-Artikolu 16(3). F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru jibgħat l-informazzjoni rilevanti lill-gazzetta nazzjonali jew lil pjattaforma elettronika ċentrali.
Artikolu 123 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe tariffa imposta mir-reġistri lill-kumpanija għall-iżvelar imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 u, fejn applikabbli, għall-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ma taqbiżx l-irkupru tal-ispiża għall-forniment ta' tali servizzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.