+Artikolu 125 Rapport minn esperti indipendenti
---+Artikolu 125 1.
---+Artikolu 125 2.
---+Artikolu 125 3.
---+Artikolu 125 4.
|
Artikolu 125 Rapport minn esperti indipendenti
Rapport minn esperti indipendenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 125 1.
|
Għal kull kumpanija fi proċess ta' merger għandu jitħejja rapport magħmul minn esperti indipendenti maħsub għall-membri u mpoġġi għad-dispożizzjoni mill-inqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126. Dawn l-esperti jistgħu ikunu persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, skont il-liġi ta' kull Stat Membru. Madankollu, fejn l-approvazzjoni tal-merger ma tkunx meħtieġa mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija akkwirenti f'konformità mal-Artikolu 126(3), ir-rapport għandu jsir disponibbli tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija jew tal-kumpaniji l-oħra li jkunu l-oġġett tal-merger.
|
|
Artikolu 125 2.
|
Bħala alternattiva għal esperti li joperaw f'isem kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu, espert indipendenti wieħed jew iktar, maħtur għal dak il-għan wara talba konġunta mingħand il-kumpaniji minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Istat Membru ta' waħda mill-kumpaniji fi proċess ta' merger jew tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali jew approvat minn tali awtorità, jista' jeżamina l-abbozz ta' termini tal-merger transkonfinali u jħejji rapport waħdieni bil-miktub għall-membri kollha.
|
|
Artikolu 125 3.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu fi kwalunkwe każ jinkludi l-opinjoni tal-esperti dwar jekk il-kumpens fi flus kontanti u l-proporzjon ta' skambju tal-ishma jkunux adegwati. Meta jivvalutaw il-kumpens fi flus kontanti, l-espert għandu jqis kwalunkwe prezz tas-suq tal-ishma fil-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger qabel it-tħabbir tal-proposta ta' merger jew il-valur tal-kumpaniji bl-esklużjoni tal-effett tal-merger propost kif determinat skont metodi ta' valwazzjoni ġeneralment aċċettati. Ir-rapport għandu tal-anqas:
(a)
jindika l-metodu jew metodi li jkunu ntużaw għad-determinazzjoni tal-ammont propost ta’ kumpens fi flus kontanti;
(b)
jindika l-metodu jew metodi li jkunu ntużaw għall-kalkolu tal-proporzjon propost ta' skambju tal-ishma;
(c)
jiddikjara jekk il-metodu jew metodi li jkunu ntużaw ikunux adegwati għall-valutazzjoni tal-kumpens fi flus kontanti u tal-proporzjon ta' skambju tal-ishma, jindika l-valur stabbilit bl-użu ta' tali metodi u jagħti opinjoni dwar l-importanza relattiva attribwita lil dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur li jkun ġie deċiż; u, fil-każ li jkunu ntużaw metodi differenti fil-kumpaniji li jkunu oġġett tal-merger, jiddikjara wkoll jekk l-użu ta' metodi differenti kienx ġustifikat; u
(d)
jiddeskrivi kwalunkwe diffikultà speċjali li tkun irriżultat fil-valwazzjoni.
L-espert għandu jkun intitolat jikseb mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tal-espert.
|
|
Artikolu 125 4.
|
La eżami tal-abbozz tat-termini tal-merger transkonfinali minn esperti indipendenti u lanqas rapport minn esperti m'għandhom ikunu meħtieġa jekk ikun hemm qbil dwar dan bejn il-membri kollha ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fil-merger transkonfinali. L-Istati Membri jistgħu jeskludu kumpaniji b'membru wieħed mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|