|
+Artikolu 125 3. |
Artikolu 125 3.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu fi kwalunkwe każ jinkludi l-opinjoni tal-esperti dwar jekk il-kumpens fi flus kontanti u l-proporzjon ta' skambju tal-ishma jkunux adegwati. Meta jivvalutaw il-kumpens fi flus kontanti, l-espert għandu jqis kwalunkwe prezz tas-suq tal-ishma fil-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger qabel it-tħabbir tal-proposta ta' merger jew il-valur tal-kumpaniji bl-esklużjoni tal-effett tal-merger propost kif determinat skont metodi ta' valwazzjoni ġeneralment aċċettati. Ir-rapport għandu tal-anqas:
(a)
jindika l-metodu jew metodi li jkunu ntużaw għad-determinazzjoni tal-ammont propost ta’ kumpens fi flus kontanti;
(b)
jindika l-metodu jew metodi li jkunu ntużaw għall-kalkolu tal-proporzjon propost ta' skambju tal-ishma;
(c)
jiddikjara jekk il-metodu jew metodi li jkunu ntużaw ikunux adegwati għall-valutazzjoni tal-kumpens fi flus kontanti u tal-proporzjon ta' skambju tal-ishma, jindika l-valur stabbilit bl-użu ta' tali metodi u jagħti opinjoni dwar l-importanza relattiva attribwita lil dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur li jkun ġie deċiż; u, fil-każ li jkunu ntużaw metodi differenti fil-kumpaniji li jkunu oġġett tal-merger, jiddikjara wkoll jekk l-użu ta' metodi differenti kienx ġustifikat; u
(d)
jiddeskrivi kwalunkwe diffikultà speċjali li tkun irriżultat fil-valwazzjoni. L-espert għandu jkun intitolat jikseb mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tal-espert. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|