|
+Artikolu 127 7. |
Artikolu 127 7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 jsir fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċezzjoni tad-dokumenti u l-informazzjoni li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-merger transkonfinali mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger. Dak l-iskrutinju għandu jkollu wieħed mill-eżiti li ġejjin:
(a)
fejn jiġi ddeterminat li l-merger transkonfinali tikkonforma mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha u li tlestew l-proċeduri u l-formalitajiet neċessarji kollha, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta' qabel il-merger;
(b)
fejn jiġi ddeterminat li l-merger transkonfinali ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha jew li ma tlestewx il-proċeduri u l-formalitajiet neċessarji kollha, l-awtorità kompetenti ma għandhiex toħroġ iċ-ċertifikat ta' qabel il-merger u għandha tinforma lill-kumpanija bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha; f'dak il-każ, l-awtorità kompetenti tista' tagħti lill-kumpanija l-opportunità li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti jew li tlesti l-proċeduri u l-formalitajiet f'perjodu ta' żmien adatt. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|