+Artikolu 127 Ċertifikat ta' qabel il-merger
---+Artikolu 127 1.
---+Artikolu 127 2.
---+Artikolu 127 3.
---+Artikolu 127 4.
---+Artikolu 127 5.
---+Artikolu 127 6.
---+Artikolu 127 7.
---+Artikolu 127 8.
---+Artikolu 127 9.
---+Artikolu 127 10.
---+Artikolu 127 11.
---+Artikolu 127 12.

Artikolu 127 Ċertifikat ta' qabel il-merger

Ċertifikat ta' qabel il-merger

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 127 1.
L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-qorti, nutar jew awtorità jew awtoritajiet oħra kompetenti biex jiskrutinizzaw il-legalità ta' mergers transkonfinali fir-rigward ta' dawk il-partijiet tal-proċedura li jkunu regolati mil-liġi tal-Istat Membru tal-kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger u biex joħorġu ċertifikat ta' qabel il-merger li jattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha u t-tlestija korretta tal-proċeduri u tal-formalitajiet kollha fl-Istat Membru tal-kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger (“l-awtorità kompetenti”).

Tali tlestija ta' proċeduri u formalitajiet tista' tinkludi l-adempiment jew l-assigurar ta' obbligazzjonijiet ta’ flus jew mhux ta’ flus dovuti lil korpi pubbliċi jew il-konformità ma' rekwiżiti settorjali speċifiċi, inklużi obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn proċedimenti kurrenti.

Artikolu 127 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni mill-kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger biex tikseb ċertifikat ta' qabel il-merger tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali;

(b) 

ir-rapport u l-opinjoni mehmuża, jekk ikun hemm, imsemmija fl-Artikolu 124, kif ukoll ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 125, fejn ikunu disponibbli;

(c) 

kwalunkwe kumment li jkun tressaq skont l-Artikolu 123(1); u

(d) 

l-informazzjoni dwar l-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126.

Artikolu 127 3.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjoni għall-ksib ta' ċertifikat ta' qabel il-merger mill-kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger tkun akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali, bħal, b'mod partikolari:

(a) 

l-għadd ta' impjegati fil-waqt tat-tfassil tal-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali;

(b) 

l-eżistenza ta’ sussidjarji u l-allokazzjoni ġeografika rispettiva tagħhom;

(c) 

informazzjoni dwar l-adempiment tal-obbligazzjonijiet dovuti mill-kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger lil korpi pubbliċi.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu tali informazzjoni, jekk ma tkunx ġiet ipprovduta mill-kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger, minn awtoritajiet rilevanti oħra.

Artikolu 127 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, inkluża l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni u dokumenti, tista' timtela kompletament online mingħajr il-ħtieġa li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem l-awtorità kompetenti, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu III tat-Titolu I.
Artikolu 127 5.
Fir-rigward tal-konformità mar-regoli li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-impjegati kif stabbiliti fl-Artikolu 133, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger għandha tivverifika li l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali jinkludi informazzjoni dwar il-proċeduri li bihom jiġu determinati l-arranġamenti rilevanti u dwar l-għażliet possibbli għal tali arranġamenti.
Artikolu 127 6.

Bħala parti mill-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha teżamina li ġej:

(a) 

id-dokumenti u l-informazzjoni kollha mressqa lill-awtorità kompetenti skont il-paragrafi 2 u 3;

(b) 

indikazzjoni mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(3) u (4) bdiet, fejn rilevanti.

Artikolu 127 7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 jsir fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċezzjoni tad-dokumenti u l-informazzjoni li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-merger transkonfinali mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger. Dak l-iskrutinju għandu jkollu wieħed mill-eżiti li ġejjin:

(a) 

fejn jiġi ddeterminat li l-merger transkonfinali tikkonforma mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha u li tlestew l-proċeduri u l-formalitajiet neċessarji kollha, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta' qabel il-merger;

(b) 

fejn jiġi ddeterminat li l-merger transkonfinali ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha jew li ma tlestewx il-proċeduri u l-formalitajiet neċessarji kollha, l-awtorità kompetenti ma għandhiex toħroġ iċ-ċertifikat ta' qabel il-merger u għandha tinforma lill-kumpanija bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha; f'dak il-każ, l-awtorità kompetenti tista' tagħti lill-kumpanija l-opportunità li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti jew li tlesti l-proċeduri u l-formalitajiet f'perjodu ta' żmien adatt.

Artikolu 127 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ma toħroġx iċ-ċertifikat ta' qabel il-merger fejn jiġi ddeterminat, f'konformità mal-liġi nazzjonali, li merger transkonfinali tkun għal finijiet abbużivi jew frodulenti li jwasslu jew huma maħsuba għall-evażjoni minn, jew għall-evitar ta', il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, jew għal finijiet kriminali.
Artikolu 127 9.
Fejn l-awtorità kompetenti, waqt l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1, ikollha dubji serji li jindikaw li l-merger transkonfinali tkun għal finijiet abbużivi jew frodulenti li jwasslu jew huma maħsuba għall-evażjoni minn, jew għall-evitar ta', il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, jew għal finijiet kriminali, hija għandha tqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti, bħal, fejn ikunu rilevanti u ma jitqisux b'mod iżolat, fatturi indikattivi li minnhom l-awtorità kompetenti tkun saret konxja, matul l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1, inkluż permezz ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti. Il-valutazzjoni għall-finijiet ta' dan il-paragrafu għandha ssir fuq il-bażi ta' każ b'każ, permezz ta' proċedura regolata mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 127 10.
Fejn ikun jenħtieġ, għall-finijiet tal-valutazzjoni taħt il-paragrafi 8 u 9, li jittieħed kont ta' informazzjoni addizzjonali jew li jitwettqu attivitajiet addizzjonali ta' investigazzjoni, il-perjodu ta' tliet xhur previst fil-paragrafu 7 jista' jiġi estiż b'massimu ta' tliet xhur.
Artikolu 127 11.
Fejn, minħabba l-kumplessità tal-proċedura transkonfinali, il-valutazzjoni ma tkunx tista' ssir fi ħdan l-iskadenzi previsti fil-paragrafi 7 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi notifikat bir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien qabel ma jagħlqu dawk l-iskadenzi.
Artikolu 127 12.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tkun tista' tikkonsulta awtoritajiet rilevanti oħra b'kompetenzi fl-oqsma differenti kkonċernati mill-merger transkonfinali, inklużi dawk mill-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger, u tkun tista' tikseb minn dawk l-awtoritajiet u mill-kumpanija li tkun l-oġġett ta' merger, l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tiskrutinizza l-legalità tal-merger transkonfinali, fi ħdan il-qafas proċedurali stabbilit fil-liġi nazzjonali. Għall-finijiet tal-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tirrikorri għal espert indipendenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.