|
+Artikolu 160l 4. |
Artikolu 160l 4.Meta jkunu qed jirregolaw il-prinċipji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri:
(a)
għandhom jagħtu lill-korp speċjali tan-negozjar id-dritt li jiddeċiedi, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi mill-impjegati, li ma jiftaħx negozjati jew li jtemm in-negozjati diġà miftuħa u li jibbaża fuq ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri ta' kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti;
(b)
jistgħu, fil-każ fejn, wara negozjati preċedenti, ikunu applikabbli regoli standard għall-parteċipazzjoni u minkejja tali regoli, jiddeċiedu li jillimitaw il-proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fil-korp amministrattiv tal-kumpaniji reċipjenti. Madankollu, jekk, fil-kumpanija li qed tiġi diviża, ir-rappreżentanti tal-impjegati jikkostitwixxu tal-anqas terz mill-korp amministrattiv jew superviżorju, il-limitazzjoni qatt ma tista' tirriżulta fi proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fil-korp amministrattiv iżgħar minn terz;
(c)
għandhom jiżguraw li r-regoli tal-parteċipazzjoni tal-impjegati li kienu japplikaw qabel id-diviżjoni transkonfinali jibqgħu japplikaw sad-data ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe regola sussegwentement miftiehma jew, fin-nuqqas ta' regoli miftiehma, sal-mument tal-applikazzjoni ta' regoli standard f'konformità mal-punt (a) tal-Parti 3 tal-Anness tad-Direttiva 2001/86/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|