|
+Artikolu 160r 1. |
Artikolu 160r 1.Diviżjoni transkonfinali sħiħa għandu jkollha, mid-data msemmija fl-Artikolu 160q, il-konsegwenzi li ġejjin:
(a)
l-attiv u l-passiv kollha tal-kumpanija li qed tiġi diviża, li jinkludu l-kuntratti, il-krediti, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha, għandhom jiġu ttrasferiti lill-kumpaniji reċipjenti f'konformità mal-allokazzjoni speċifikata fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali;
(b)
il-membri tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandhom isiru membri tal-kumpaniji reċipjenti f'konformità mal-allokazzjoni tal-ishma speċifikata fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, dment li ma jkunux ċedew l-ishma tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 160i(1);
(c)
id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża li jirriżultaw minn kuntratti ta' impjieg jew minn relazzjonijiet ta' impjieg u li jkunu jeżistu fid-data li fiha d-diviżjoni transkonfinali ssir effettiva għandhom jiġu ttrasferiti lill-kumpaniji reċipjenti;
(d)
il-kumpanija li qed tiġi diviża ma tibqax teżisti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|