|
+Artikolu 8 3. |
Artikolu 8 3.Meta operatur ekonomiku jkun biħsiebu japplika għall-deċiżjoni skont il-paragrafu 6 sabiex jimmanifattura jew iqiegħed fis-suq prodott ġdid miżjud bil-merkurju, jew juża proċess tal-manifattura ġdid, li jipprovdi benefiċċji sinifikanti għall- ambjent jew għas-saħħa u ma jippreżenta l-ebda riskju sinifikanti la għall-ambjent u lanqas għas-saħħa tal-bniedem, u ma jkun hemm l-ebda alternattiva mingħajr merkurju teknikament prattikabbli li tipprovdi dawn il-benefiċċji, dak l-operatur ekonomiku għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Dik in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
deskrizzjoni teknika tal-prodott jew tal-proċess ikkonċernat;
(b)
valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji tiegħu għas-saħħa u l-ambjent;
(c)
evidenza li turi n-nuqqas ta' alternattivi mingħajr merkurju li huma teknikament prattikabbli li jipprovdu benefiċċji sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa;
(d)
spjegazzjoni dettaljata tal-mod li bih il-proċess irid jiġi operat u l- prodottmanifatturat, użat, imħaddem u mormi bħala skart wara l-użu sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|