+Artikolu 8 Prodotti ġodda miżjudin bil-merkurju u proċessi tal-manifattura ġodda
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.

Artikolu 8 Prodotti ġodda miżjudin bil-merkurju u proċessi tal-manifattura ġodda

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jimmanifatturaw jew iqiegħdu fis-suq prodotti miżjudin bil-merkurju li ma kinux qed jiġu manifatturati qabel l-1 ta' Jannar 2018 (“prodotti ġodda miżjudin bil-merkurju”) sakemm mhux awtorizzati permezz ta' deċiżjoni skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu jew mhux permessi li jagħmlu dan skont id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal ebda minn dawn:

(a) 

tagħmir li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari;

(b) 

tagħmir iddisinjat biex jintbagħat fl-ispazju;

(c) 

titjib tekniku magħmul għall-prodotti eżistenti miżjudin bil-merkurju li kienu ġew manufatturati qabel l-1 ta' Jannar 2018 jew it-tfassil mill-ġdid tagħhom sakemm dan it-titjib jew it-tfassil mill-ġdid ma jwassalx għal tnaqqis fil-merkurju li jkun qed jiġi wżat f'dawk il-prodotti.

Artikolu 8 2.
L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jużaw proċessi tal-manifattura li jinvolvu l-użu tal-merkurju jew ta' komposti tal-merkurju li ma kinux proċessi jintużaw qabel l-1 ta' Jannar 2018 (“proċessi tal-manifattura ġodda”) sakemm mhux awtorizzati permezz ta' deċiżjoni meħuda f'konformità mal-paragrafu 6.

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-proċessi tal-manifattura jew jużaw il-prodotti miżjudin bil-merkurju għajr dawk suġġetti għall-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1.

Artikolu 8 3.

Meta operatur ekonomiku jkun biħsiebu japplika għall-deċiżjoni skont il-paragrafu 6 sabiex jimmanifattura jew iqiegħed fis-suq prodott ġdid miżjud bil-merkurju, jew juża proċess tal-manifattura ġdid, li jipprovdi benefiċċji sinifikanti għall- ambjent jew għas-saħħa u ma jippreżenta l-ebda riskju sinifikanti la għall-ambjent u lanqas għas-saħħa tal-bniedem, u ma jkun hemm l-ebda alternattiva mingħajr merkurju teknikament prattikabbli li tipprovdi dawn il-benefiċċji, dak l-operatur ekonomiku għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Dik in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

deskrizzjoni teknika tal-prodott jew tal-proċess ikkonċernat;

(b) 

valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji tiegħu għas-saħħa u l-ambjent;

(c) 

evidenza li turi n-nuqqas ta' alternattivi mingħajr merkurju li huma teknikament prattikabbli li jipprovdu benefiċċji sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa;

(d) 

spjegazzjoni dettaljata tal-mod li bih il-proċess irid jiġi operat u l- prodottmanifatturat, użat, imħaddem u mormi bħala skart wara l-użu sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 8 4.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħaddi n-notifika li jkun irċieva mingħand l-operatur ekonomiku lill-Kummissjoni jekk jqis abbażi tal-valutazzjoni li jagħmel hu stess tal-informazzjoni pprovduta li l-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 jkunu ssodisfati.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-każijiet fejn ikun qies li l-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 li ma jkunux ġew issodisfati.

Artikolu 8 5.
Fejn l-Istat Membru jgħaddi notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqiegħed in-notifika għad-dispożizzjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1) minnufih.
Artikolu 8 6.
Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika li tkun irċeviet u tivvaluta jekk tkunx ingħatat evidenza li l-prodott il-ġdid miżjud bil-merkurju jew il-proċess tal-manifattura ġdid jipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa u ma jippreżenta l-ebda riskju sinifikanti la għall-ambjent u lanqas għas-saħħa tal-bniedem, u li ma hemm ebda alternattiva teknikament prattikabbli bla merkurju disponibbli u li tipprovdi t-tali benefiċċji.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-eżitu tal-valutazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, sabiex tispeċifika jekk il-prodott rilevanti l-ġdid miżjud bil-merkurju jew il-proċess tal-manifattura rilevanti l-ġdid huwiex awtorizzat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

Artikolu 8 7.
Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod elettroniku inventarju tal-proċessi tal-manifattura li jinvolvu l-użu tal-merkurju jew ta' komposti tal-merkurju li kienu proċessi li ntużaw qabel l-1 ta' Jannar 2018 u tal-prodotti miżjudin bil-merkurju li kienu ġew manifatturati qabel l-1 ta' Jannar 2018 u ta' kwalunkwe restrizzjoni applikabbli mil-lat ta' kummerċjalizzazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.