|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, l-operaturi ekonomiċi fis-setturi tal-industrija msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11 għandhom jibagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati:
(a)
id-data dwar l-ammont totali ta' skart tal-merkurju maħżun f'kull installazzjoni;
(b)
id-data dwar l-ammont totali ta' skart tal-merkurju mibgħut f'faċilitajiet individwali li jwettqu l-ħżin temporanju, il-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni tal-iskart tal-merkurju jew il-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li għadda mill-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni;
(c)
il-post u d-dettalji ta' kuntatt ta' kull faċilità msemmija fil-punt (b);
(d)
kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju, f'konformità mal-Artikolu 14(1);
(e)
kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni tal-iskart tal-merkurju, f'konformità mal-Artikolu 14(2);
(f)
kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li jkun ġie konvertit u, jekk applikabbli, solidifikat, f'konformità mal-Artikolu 14(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|