+Artikolu 12 Rapportar dwar sorsi kbar
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.

Artikolu 12 Rapportar dwar sorsi kbar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.

Sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, l-operaturi ekonomiċi fis-setturi tal-industrija msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11 għandhom jibagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati:

(a) 

id-data dwar l-ammont totali ta' skart tal-merkurju maħżun f'kull installazzjoni;

(b) 

id-data dwar l-ammont totali ta' skart tal-merkurju mibgħut f'faċilitajiet individwali li jwettqu l-ħżin temporanju, il-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni tal-iskart tal-merkurju jew il-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li għadda mill-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni;

(c) 

il-post u d-dettalji ta' kuntatt ta' kull faċilità msemmija fil-punt (b);

(d) 

kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju, f'konformità mal-Artikolu 14(1);

(e) 

kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni tal-iskart tal-merkurju, f'konformità mal-Artikolu 14(2);

(f) 

kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li jkun ġie konvertit u, jekk applikabbli, solidifikat, f'konformità mal-Artikolu 14(3).

Artikolu 12 2.
Id-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata bl-użu tal-kodiċijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
Artikolu 12 3.
L-obbligu stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux jibqa' japplika għal operatur ekonomiku ta' installazzjonijiet tal-kloroalkali minn sena wara d-data li fiha jkunu ġew iddekummissjonati ċ-ċelloli tal-merkurju kollha mħaddma mill-operatur ekonomiku skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/732/UE u l-merkurju kollu jkun intbagħat f'faċilitajiet għall-ġestjoni tal-iskart.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.