|
+Artikolu 13 3. |
Artikolu 13 3.Qabel ma jiġi mormi b'mod permanenti, l-iskart tal-merkurju għandu jiġi kkonvertit u, fejn intiżi li jintrema f'faċilitajiet fuq l-art, għandu jiġi kkonvertit u ssolidifikat. L-iskart tal-merkurju li jkun ġie kkonvertit u, jekk applikabbli, issolidifikat għandu jiġi mormi b'mod permanenti fil-faċilitajiet ta' ħżin permanenti li ġejjin liċenzjati għar-rimi ta' skart perikoluż:
(a)
minjieri tal-melħ adattati għall-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li jkunu ġew konvertiti, jew f'formazzjonijiet fondi ta' blat iebes taħt l-art li jipprovdu livell ta' sikurezza u ta' żamma fil-magħluq ekwivalenti għal dak ta' dawn il-minjieri tal-melħ jew ogħla minnu; jew
(b)
faċilitajiet fuq l-art dedikati u mgħammra għall-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li jkunu ġew ikkonvertiti u ssolidifikati u li jipprovdu livell ta' sikurezza u ta' żamma fil-magħluq ekwivalent għal dak tal-faċilitajiet imsemmija fil-punt (a) jew ogħla minnu. L-operaturi tal-faċilitajiet ta' ħżin permanenti għandhom jiżguraw li l-iskart tal-merkurju li jkun ġie konvertit u, jekk applikabbli, solidifikat jitnħażen separatament minn skart ieħor u f'lottijiet għar-rimi f'kompartiment tal-ħżin li jkun issiġillat. Dawk l-operaturi għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 1999/31/KE, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi għall-ħżin temporanju ta' skart tal-merkurju stabbiliti fit-tielet u fil-ħames inċiż tat-Taqsima 8 tal-Anness I u fl-Anness II ta' dik id-Direttiva, jkunu mħarsa fir-rigward tal-faċilitajiet ta' ħżin permanenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|