+Artikolu 13 Ħżin tal-iskart tal-merkurju
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13 Ħżin tal-iskart tal-merkurju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-iskart tal-merkurju jista' jinħażen temporanjament f'forma likwida sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti speċifiċi għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju kif stabbilit fl-Annessi I, II u III ta' dik id-Direttiva u sakemm dan il-ħżin isir f'faċilitajiet fuq l-art iddedikati u mgħammrin għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju. Id-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tibqa’ tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 sabiex temenda dan ir-Regolament billi testendi l-perijodu awtorizzat għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'massimu ta' tliet snin.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Qabel ma jiġi mormi b'mod permanenti, l-iskart tal-merkurju għandu jiġi kkonvertit u, fejn intiżi li jintrema f'faċilitajiet fuq l-art, għandu jiġi kkonvertit u ssolidifikat. L-iskart tal-merkurju li jkun ġie kkonvertit u, jekk applikabbli, issolidifikat għandu jiġi mormi b'mod permanenti fil-faċilitajiet ta' ħżin permanenti li ġejjin liċenzjati għar-rimi ta' skart perikoluż:
(a)
minjieri tal-melħ adattati għall-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li jkunu ġew konvertiti, jew f'formazzjonijiet fondi ta' blat iebes taħt l-art li jipprovdu livell ta' sikurezza u ta' żamma fil-magħluq ekwivalenti għal dak ta' dawn il-minjieri tal-melħ jew ogħla minnu; jew
(b)
faċilitajiet fuq l-art dedikati u mgħammra għall-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li jkunu ġew ikkonvertiti u ssolidifikati u li jipprovdu livell ta' sikurezza u ta' żamma fil-magħluq ekwivalent għal dak tal-faċilitajiet imsemmija fil-punt (a) jew ogħla minnu.
L-operaturi tal-faċilitajiet ta' ħżin permanenti għandhom jiżguraw li l-iskart tal-merkurju li jkun ġie konvertit u, jekk applikabbli, solidifikat jitnħażen separatament minn skart ieħor u f'lottijiet għar-rimi f'kompartiment tal-ħżin li jkun issiġillat. Dawk l-operaturi għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 1999/31/KE, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi għall-ħżin temporanju ta' skart tal-merkurju stabbiliti fit-tielet u fil-ħames inċiż tat-Taqsima 8 tal-Anness I u fl-Anness II ta' dik id-Direttiva, jkunu mħarsa fir-rigward tal-faċilitajiet ta' ħżin permanenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|