|
Prodotti miżjuda bil-merkurju
|
Data li minnha l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura tal-prodotti miżjuda bil-merkurju huma pprojbiti
|
|
1. Batteriji jew akkumulaturi li jkun fihom aktar minn 0,0005 % ta' merkurju fil-piż.
|
31.12.2020
|
|
2. Swiċċijiet u rilejs, ħlief il-pontijiet għall-kejl b'akkuratezza għolja ħafna tal-kapaċitanza u t-telf u swiċċijiet u rilejs tal-frekwenza tar-radju bi frekwenza għolja għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll b'kontenut massimu ta' merkurju ta 20 mg għal kull pont, swiċċ jew rilej.
|
31.12.2020
|
|
▼M4
|
|
2a. Il-pontijiet għall-kejl b’akkuratezza għolja ħafna tal-kapaċitanza u t-telf u swiċċijiet u rilejs tal-frekwenza tar-radju bi frekwenza għolja għal strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll b’kontenut massimu ta’ merkurju ta’ 20 mg għal kull pont, swiċċ jew rilej, ħlief dawk użati għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp.
|
31.12.2025
|
|
▼B
|
|
3. Bozoz fluworexxenti kompatti (CFLs) għal skopijiet ta' tidwil ġenerali:
(a) CFL.i ≤ 30 watts b'kontenut ta' merkurju li jaqbeż it-2,5 mg għal kull berner tal-bozza.
(b) CFL.ni ≤ 30 watts b'kontenut ta' merkurju li jaqbeż it-3,5 mg għal kull berner tal-bozza.
|
31.12.2018
|
|
▼M2
|
|
3a. Lampi fluworexxenti kompatti bil-ballast integrat (CFL.i) għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li huma ≤ 30 watts b’kontenut ta’ merkurju li ma jaqbiżx it-2,5 mg għal kull berner tal-lampa.
|
31.12.2025
|
|
▼M3
|
|
3b. Il-lampi fluworexxenti kompatti (CLFs) l-oħra kollha għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrati 3 u 3a.
|
31.12.2025
|
|
▼B
|
|
4. Il-bozoz fluworexxenti lineari li ġejjin (LFLs) għal skopijiet ta' tidwil ġenerali:
(a) Fosforu bi tliet strixxi < 60 watts b'kontenut ta' merkurju li jaqbeż il-5 mg għal kull bozza;
(b) Fosforu tal-alofosfat < 40 watts b'kontenut ta' merkurju li jaqbeż l-10 mg għal kull bozza.
|
31.12.2018
|
|
▼M3
|
|
4a. Lampi trifosforiċi għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrata 4, il-punt (a).
|
31.12.2026
|
|
4b. Lampi tal-fosfori alofosfati għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrata 4, il-punt (b).
|
31.12.2025
|
|
4c. Lampi mhux lineari trifosforiċi.
|
31.12.2026
|
|
4d. Lampi mhux lineari tal-fosfori alofosfati.
|
31.12.2025
|
|
▼B
|
|
5. Bozoz tal-merkurju (gass) taħt pressjoni għolja (HPMVs) għal skopijiet ta' tidwil ġenerali.
|
31.12.2018
|
|
▼M3
|
|
5a. Lampi tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja (HPS) għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li għandhom:
(a) P ≤ 105 W b’aktar minn 16 mg Hg;
(b) 105 W < P ≤ 155 W b’aktar minn 20 mg Hg;
(c) P > 155 W b’aktar minn 25 mg Hg.
|
31.12.2025
|
|
▼B
|
|
6. Dawn il-bozoz fluworexxenti b'katodu kiesaħ u l-bozoz fluworexxenti b'elettrodi esterni (CCFLs u EEFLs) li fihom il-merkurju miżjud, għal skrins elettroniċi:
(a) ta' tul qasir (≤ 500 mm) b'kontenut ta' merkurju ogħla minn 3,5 mg għal kull bozza;
(b) ta' tul medju (> 500 mm u ≤ 1 500 mm) b'kontenut ta' merkurju ogħla minn 5 mg għal kull bozza;
(c) ta' tul twil (> 1 500 mm) b'kontenut ta' merkurju ogħla minn 13 mg għal kull bozza.
|
31.12.2018
|
|
▼M2
|
|
6a. Lampi fluworexxenti b’katodu kiesaħ (CCFL) u lampi fluworexxenti bl-elettrodi esterni (EEFL) ta’ kwalunkwe tul għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi, li mhumiex inklużi fl-entrata 6.
|
31.12.2025
|
|
▼B
|
|
7. Kożmetiċi bil-merkurju u bil-komposti tal-merkurju, ħlief dawk il-każijiet speċjali inklużi fl-annotazzjonijiet 16 u 17 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
|
31.12.2020
|
|
8. Pestiċidi, bijoċidi u antisettiċi topiċi.
|
31.12.2020
|
|
9. L-istrumenti tal-kejl mhux elettroniċi li ġejjin:
(a) barometri;
(b) igrometri;
(c) manometri;
(d) termometri u applikazzjonijiet termometriċi mhux tal-elettriku oħrajn;
(e) sfigmomanometri;
(f) strain gauges biex jintużaw mal-pletismografi;
(g) piknometri tal-merkurju;
(h) strumenti tal-kejl tal-merkurju għad-determinazzjoni tal-punt tat-trattib.
Din l-annotazzjoni ma tkoprix l-istrumenti tal-kejl li ġejjin:
— strumenti tal-kejl mhux elettroniċi installati f'tagħmir fuq skala kbira jew dawk użati għal kejl ta' preċiżjoni għolja, meta ma tkun disponibbli l-ebda alternattiva xierqa mingħajr merkurju;
— strumenti tal-kejl li fit-3 ta' Ottubru 2007 kellhom aktar minn 50 sena;
— strumenti tal-kejl li jridu jidhru f'wirjiet pubbliċi għal finijiet kulturali u storiċi.
|
31.12.2020
|
|
▼M2
|
|
10. L-apparati elettriċi u elettroniċi tal-kejl li ġejjin ħlief dawk installati f’tagħmir fuq skala kbira jew dawk użati għall-kejl bi preċiżjoni kbira, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda alternattiva xierqa bla merkurju:
(a) trasdutturi tal-pressjoni tat-tidwib;
(b) trażmettituri tal-pressjoni tat-tidwib;
(c) sensuri tal-pressjoni tat-tidwib.
|
31.12.2025
|
|
11. Prodotti oħra miżjudin bil-merkurju:
(a) Pompi tal-vakwu bil-merkurju;
(b) Piżijiet tal-ibbilanċjar tat-tajers u tar-roti;
(c) Films u karti fotografiċi;
(d) Propellant għas-satelliti u l-inġenji spazjali.
|
31.12.2025
|
|
▼B
|
(1)
Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).
|